Lokali
Il-PBS tirreaġixxi dwar id-dibattitu bejn Delia u Grech

B’referenza għal diversi stqarrijiet maħruġa llum b’rabta ma’ dibattitu organiżżat mill-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista bejn il-kontendenti għat-tmexxija tal-istess partit, il-PBS ma jirriżultalux li l-ġurnalista veterana Ruth Amaira kienet ser tmexxi dan id-dibattitu.

Il-ġurnalista stess iddikjarat mal-PBS illi hija qatt u bl-ebda mod ma kkonfermat il-parteċipazzjoni tagħha f’dan id-dibattitu, anzi baqgħet tirrifjuta li tipparteċipa minkejja l-fatt illi ġiet avviċinata biex tagħmel dan diversi drabi u minn persuni differenti.