Lokali
Il-PD iħeġġeġ lill-awtoritajiet biex iqiesu l-impatt li ser tagħmel l-applikazzjoni tal-AUM

Il-Kap tal-Partit Demokratiku, Godfrey Farrugia ħeġġeġ lill-Awtoritajiet biex iqiesu l-impatt li ser tagħmel applikazzjoni li għamlet l-Università Amerikana ta’ Malta biex tibni tliet spażji miftuħa li hemm max-xatt ta’ Bormla. Huwa qal li ser jinbena bini ta’ ħames sulari flok it-taraġ tal-konkos li hemm ħdejn l-Università u f’żewġ żoni oħra fosthom fejn kienu jipparkjaw il-ħaddiema tat-tarzna. Dr Farrugia qal li dan l-iżvilupp ser iħalli konsegwenzi fuq ir-residenti Bormliżi u fuq l-istudenti li ser jattendu l-Università Amerikana ta’ Malta.

Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet il-kandidat tal-Partit Demokratiku, Anthony Buttigieg qal li s-sistema edukattiva għandha tkun deċentralizzata, l-edukazzjoni formali tkun simili bħal dik ta’ pajjiżi Skandinavi, jingħata appoġġ psiko-soċjali u għandu jkun ikunsidrat li tidied l-età obbligatorja għall-istudenti biex jibqgħu jattendu l-iskola sa 18-il sena.

Il-Partit Demokratiku qed jipproponi wkoll taħriġ kontinwu għall-għalliema u stipendji aħjar għal dawk li jagħżlu suġġetti bħax-xjenza u l-ekonomija.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Fit-tielet logħba tagħhom fil-Kampjonat tal-Amateurs, it-tim ta’ Syria Gżira FC kiseb l-ewwel rebħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra Fleur De Lys FC. Il-player Lucky Chizobor skurja żewġ gowls filwaqt li Julius…

Saħħa

Ilbieraħ filgħaxija għadd ta’ nies nġabru quddiem iċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara għal mixja simbolika bħala parti mix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, magħruf bħala Pink October. Din is-sena n-nisa u l-irġiel…

Brexit

Wara dibattitu f’sessjoni straordinarja fil-House of Commons, il-membri parlamentari ivvutaw favur mozzjoni li tobbliga lill-Prim Ministru biex jitlob estensjoni mill-Unjoni Ewropea għal Brexit. Dan sakemm il-ftehim għall-ħruġ mill-Unjoni Ewropea jiġi…

Lokali

L-invażjoni Torka fit-Tramuntana tas-Sirja ġiet ikkundannata mill-komunità Kurda f’Malta li bl-appoġġ tal-Moviment Graffitti organizzaw manifestazzjoni paċifika quddiem l-Ambaxxata Torka fil-Floriana. Huma kkundannaw dak li sejħu bħala assalt brutali u mingħajr…

Aktar