Għawdex
Il-PD jipproponi biex il-governanza f’Għawdex tkun awtonoma

Il-Partit Demokratiku ppreżenta l-viżjoni tiegħu għal Għawdex li qal fiha tliet pilastri, il-governanza, l-aspett soċjali u l-konnettività.

Dr Godfrey Farrugia qal li l-Partit ħejja strateġija ħalli l-governanza f’Għawdex tkun awtonoma u tkun tmexxija reġjonali għalkemm jibqa’ l-Ministeru ta’ Għawdex. Qal li l-viżjoni tara li ma tkomplix tonqos il-popolazzjoni u biex Għawdex ma jitlifx il-karatteristiċi ambjentali u kulturali tiegħu. L-istrateġija taħseb ukoll biex Kemmuna ssir Park Nazzjonali.

Dr Farrugia qal li għandu jkun hemm inċentivi fosthom fit-taxxi għall-familji Maltin li jmorru joqogħdu Għawdex u jibagħtu lil uliedhom skola hemmhekk. Spjega li hemm bżonn impenn serju għall-opportunitajiet tax-xogħol u Servizz tas-Saħħa li jipprovdu servizzi speċjalizzati taħt it-tmexxija tal-istat.

Dwar il-konnettività, il-Partit Demokratiku qal li għandu jkun hemm sistemi moderni u rapidi li ma joperawx biss miċ-Ċirkewwa iżda li jgħaqqdu lil Ghawdex ma’ San Pawl il-Baħar, Tas-Sliema, il-Belt u l-Kalkara. Dr Farrugia qal li l-Partit Demokratiku ma jaqbilx mal-mina kif proposta għax qal li għadhom ma sarux l-istudji fosthom dak ambjentali iżda jikkonsidra mina li titpoġġa f’qigħ il-baħar għax qal li din tkun toffri aktar vantaġġi kemm ambjentali u ta’ sigurtà.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Huma ħafna l-Maltin li jkollhom seba’ mitt sena sakemm jasal is-sajf biex igawdu l-baħar u jqattgħu ġranet sħaħ jilagħqu x-xemx. Sa seba’ snin ilu, Fiona Sammut kienet waħda minnhom ….

Enerġija

Bil-limitazzjonijiet kbar tal-art għal solar farms, l-MCAST flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tax-Xjenza u t-Teknologija qed ikompli jesperimenta dwar solar farms fil-baħar madwar Malta biex tiġi ġenerata l-enerġija mix-xemx. L-MCASTqal li dal-proġett…

Kronaka

Sid ta’ ħanut fil-Mosta qed jappella għall-informazzjoni wara li raġel illum waranofsinhar seraq mobile u ħarab jiġri. Fil-filmat, li nqabad minn kamera tas-sigurtà, jidher jidħol fil-ħanut dan ir-raġel. Ftit tal-ħin…

Aktar