Lokali
Il-PD jitlob lil Delia biex jinomina lil Philip Micallef wara li ma ġietx milqugħa mill-Gvern fuq bażi legali

Il-Partit Demokratiku sejjaħ lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista u ppropona biex Dr Delia jinnomina lil Philip Micallef f’isem l-Oppożizzjoni biex iservi fil-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni. Dan l-iżvilupp seħħ wara li l-Prim Ministru wieġeb lil Partit Demokratiku li legalment ma setax jaċċetta n-nomina tas-Sur Micallef li saret mill-Partit Demokratika għaliex din in-nomina trid issir mill-Kap tal-Oppożizzjoni.

Il-Partit Demokratiku qal li għalih mhux importanti minn jagħmel in-nomina imma huwa essenzjali li din issir biex dan l-organu kontra l-korruzzjoni ikun jista’ jaħdem.

Ara wkoll:

Il-PD jinnomina lil Philip Micallef għall-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Esebizzjoni li żżewwaq il-figurattiv mas-surreali, il-pitturi ta’ Alfie Gatt jinstigaw u jnebbħu l-kilba għal dak li huwa naturali. “Love Letter” hija kollezzjoni ta’ xogħlijiet artistiċi mimlija immaġinazzjoni. Alfie Gatt huwa…

Stejjer Umani

Iċ-Champion ta’ Malta tal-bowling taħt it-23 sena huwa Philip Gruppetta li mhux biss irnexxilu jegħleb il-kundizzjonijiet intellettwali tiegħu iżda anke l-kompetizzjoni ta’ żgħażagħ oħrajn bla diżabbiltà. Din hi s-sitt darba…

Kultura

Id-Deputat Speaker Claudette Buttigieg inawgurat il-wirja ‘Jiddefendu l-Libertajiet Tagħna’ f’għeluq it-tletin sena tal-Premju Andrei Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb. Andrei Sakharov (1921-1989) kien Russu, bniedem għaref, xjentist kbir, studjuż u awtorità fil-fiżika. Għalkemm meqjus…

Lokali

Fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena ftit aktar minn ħames mija u ħamsin pazjent marru għall-kura barra minn Malta. TVM iltaqa’ ma’ Helen Caruana li tinsab Londra tistenna trapjant tal-fwied u…

Aktar