Lokali
Il-PD prova jqanqal dubji fuq l-istudji tal-mina bejn il-gżejjer – il-Kamra tan-Negozju għal Għawdex

Il-Kamra tan-Negozju għal Għawdex qalet li l-Partit Demokratiku pprova jqanqal dubji fuq il-validità tal-istudju li kienet nediet fl-2015 flimkien ma’ Transport Malta dwar il-proġett ta’ konnettività bejn Għawdex u Malta.

Fi stqarrija, il-Kamra qalet li l-Partit Demokratiku pprova jitfa’ dell ikrah mingħajr ma ta raġuni valida.

Saħqet li l-istudju tal-Kamra tan-Negozju għal Għawdex kien imħejji minn esperti ewlenin fil-pajjiż, li bnew fuq il-kontributi ta’ esperti oħra barranin b’esperjenza twila fis-suġġett, u fuq studji mħejjija minn ditti kbar internazzjonali. Qalet li dan l-istudju kkunsidra numru ta’ għażliet għall-konnettività bejn il-gżejjer, u kkonkluda li l-mina toffri l-aħjar potenzjal ekonomiku flimkien ma’ sostennibiltà finanzjarja.

Il-Kamra tan-Negozju għal Għawdex kompliet tgħid li dan wassal biex il-Gvern jikkumissjona studji oħra dwar il-vijabilità teknika u l-impatti soċjali tal-proġett tal-mina.

Ħeġġet lill-partijiet kollha li qed jieħdu sehem fid-dibattitu dwar dan il-proġett importanti biex ikunu objettivi fil-kontributi tagħhom, u biex jagħmlu dan b’mod kostruttiv ibbażat fuq fatti minflok fuq biżgħat u dubji bla sustanza.

Ara wkoll:

Il-PD jipproponi biex il-governanza f’Għawdex tkun awtonoma

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Instab post alternattiv biex id-detox ma jibqax fejn l-isptar San Luqa fi G’Mangia. Dan ġie konfermat mill-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali Alfred Grixti li madankollu ma tax dettalji tal-post…

Kronaka

Ir-raġel li lbieraħ il-Pulizija ppubblikaw ritratti tiegħu qed ikun imfittex b’rabta ma’ serqa li seħħet ix-xahar illi għadda f’Tas-Sliema. Il-Pulizija talbet l-għajnuna tal-pubbliku biex issib lil dan ir-raġel. Minn stħarriġ…

Saħħa

Kollaborazzjoni bejn kumpanija fil-qasam tal-farmakoloġija li tinsab ibbażata f’Malta u riċerkatur Taljan qed twassal għal iżjed riċerka fit-terapija għall-kanċer. Din ir-riċerka hi ibbażata fuq sustanti meħuda minn pjanti mediterranji. Il-Professur…

Aktar