Immigrazzjoni
Il-PE japprova t-twaqqif ta’ fond ġdid biex jgħin pajjiżi bħal Malta jindirizzaw l-immigrazzjoni

Il-Parlament Ewropew (PE) approva t-twaqqif ta’ fond ġdid ta’ €10 biljun biex pajjiżi bħal Malta jkunu jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-immigrazzjoni fl-Unjoni Ewropea.

Dan hekk kif bi 374 vot favur, 260 kontra u 47 astensjoni, il-PE approva r-rapport tal-Ewroparlamentari Maltija Miriam Dalli wara negozjati li wasslu biex il-gruppi politiċi kollha qablu fil-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabilità bħala l-bażi legali tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni.

Fi stqarrija, Dr Dalli esprimiet sodisfazzjon b’dan ir-riżultat għax irnexxielha tegħleb il-forzi konservattivi filwaqt li qalet li l-appoġġ finanzjarju huwa bżonnjuż għal meta pajjiżi bħal Malta jinqabdu f’ċerti sitwazzjonijiet bħalma ġara fix-xhur li għaddew.  Spjegat kif flus minn dan il-fond jistgħu jintużaw biex issir rilokazzjoni ta’ immigranti minn pajjiżi bħal Malta għal pajjiżi oħra.

Wara l-approvazzjoni tar-rapport mill-Parlament Ewropew, il-proposta ta’ Dr Dalli mistennija tgħaddi għall-fażi li jmiss fejn mistennija jsiru iktar negozjati mal-pajjiżi membri tal-UE biex jitwaqqaf formalment dan il-fond u l-għajnuna finanzjarja tibda tingħata b’mod konkret lill-pajjiżi milquta mill-kwistjoni tal-immigrazzjoni.

Ara wkoll:

Approvati proposti ta’ Miriam Dalli għal iktar fondi lill-pajjiżi milquta mill-immigrazzjoni

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-għodwa għal John Cortis minn Ħal Qormi ma kinitx bħas-soltu. Ma’ TVM spjega li dalgħodu xħin qam xamm riħa ta’ ħruq u sema’ xi tfaqqigħ bħal bombi tal-festa. Huwa ħaseb…

Qorti

Kaled Muktahar Ben Gamhur ġie kkundannat 18-il xahar priġunerija. Huwa ammetta li seraq €118 u mobile minn karozza fil-15 ta’ Ġunju li għadda. L-akkużat kkommetta dan ir-reat ix-xahar li għadda…

Kronaka

Nirien żgħar ħakmu f’restaurant fil-Gżira. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7.30am fi Triq ix-Xatt. In-nirien li żviluppaw f’restaurant ġew ikkontrollati mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili . Dak il-ħin ma kien hemm ħadd ġewwa. Kelliema…

Saħħa

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Anthony Agius Decelis ħabbar proġett pilota li se jibda mill-ġimgħa d-dieħla fejn anzjani li ma jistgħux joħorġu mid-dar, mill-Mosta u Birkirkara se jkunu jistgħu jitolbu biex…

Aktar