Lokali
Il-PE jwissi li l-aħbarijiet foloz ixekklu l-isforzi biex titrażżan il-pandemija

F’Jum il-Verifika tal-Fatti, il-Parlament Ewropew qal li l-aħbarijiet foloz u d-diżinformazzjoni huma ta’ periklu mhux biss għas-saħħa taċ-ċittadini, imma wkoll għad-demokrazija.

Fi stqarrija il-Parlament Ewropew qal li hemm organizzazzjonijiet u individwi li qed jisfruttaw il-kriżi biex jimmanipulaw il-politika jew ir-relazzjonijiet kummerċjali.

Skont rapport tat-taskforce dwar il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni EUvsDisinfo tas-SEAE, uħud mill-pretensjonijiet foloz jiġu minn atturi fiċ-Ċina, ir-Russja, u dawk qrib il-lemin alternattiv tal-Istati Uniti. Qal li f’dawn il-każijiet l-għan huwa politiku; biex tiġi mminata l-Unjoni Ewropea jew jinħolqu bidliet politiċi.

Il-Parlament qal li qed iniedi kampanja ta’ appoġġ għar-rispons tal-UE għall-kriżi u biex juri liċ-ċittadini li dan il-kontinent huwa mimli b’Ewropej li qed jiġġieldu kontra l-Covid-19.

Żied li biex tappoġġa informazzjoni fattwali u affidabbli, ġiet stabbilita paġna konġunta tal-UE dwar ir-rispons tal-Ewropa għall-virus. Barra minn hekk, hemm ukoll il-miti l-aktar komuni relatati mat-tifqigħa tal-Covid-19. Segwi hawn.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Malti li jgħix l-Istati Uniti fl-aħħar sigħat esperjenza mill-qrib il-vjolenza u l-protesti li qed isiru f’diversi ibliet Amerikani wara l-qtil tal-Afro Amerikan George Floyd. Joseph Vassallo li ilu jgħix f’Santa…

COVID-19

Konsulent ewlieni tal-ġenetika jemmen li fi żmien ġimagħtejn oħra l-coronavirus jekk nibqgħu attenti jaf jisparixxi minn Malta. Il-Professur Christian Scerri qal li issa li se jitneħħew aktar miżuri restrittivi, importanti…

Pulizija

Iż-żgħażagħ Andre’ Mifsud u Kelsey Bugeja huma fost is-sitta u erbgħin rekluta li bdew taħriġ intensiv fl-akkademja tal-forzi dixxiplinati biex iservu bħala kuntistabbli. Oħrajn se jingħataw iċ-ċans japplikaw f’sejħa li…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

Aktar