Infrastruttura
Il-perjodu għall-konsultazzjoni pubblika dwar il-kostruzzjoni kien qasir wisq – il-PN

Fi tmiem il-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika, il-Partit Nazzjonalista qal fi stqarrija li dan kien perjodu qasir u mgħaġġel. Qal li jifhem l-urġenza tal-kwistjoni, iħoss li din kellha tingħata importanza ferm qabel. Il-Partit Nazzjonalista qal li japprezza li l-partijiet involuti għamlu l-almu tagħhom biex f’qasir żmien jagħtu r-reazzjoni tagħhom iżda żied jgħid li din il-kwistjoni titlob maturità akbar u attenzjoni iktar f’waqtha mill-Gvern biex l-emendi proposti jilħqu l-għan li joffru protezzjoni preventiva lill-terzi persuni.

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-proposti u l-konsultazzjoni dwarhom messew aspett wieħed tal-liġijiet li jmiss mal-industrija tal-bini. Sejjaħ ukoll għad-definizzjonijiet tad-diversi rwoli identifikati fl-avviż legali propost. Ikkumenta wkoll il-problema tan-nuqqas ta’ infurzar li qal qed iwassal għal iktar abbuż. Sejjaħ ukoll għal Reġistru ta’ Kuntratturi li jkun jipprovdi l-informazzjoni neċessarja għall-klijenti.

Il-Kelliema Nazzjonalisti Marthese Portelli, Claudette Buttigiet u Toni Bezzina fl-istqarrija ħeġġew fost oħrajn biex l-industrija tal-kostruzzjoni timxi lejn taħriġ ta’ livell għoli u jsir reġistrar, liċenzjar u ċertifikazzjoni tal-persuni li jipprovdu servizzi fis-settur. Appellaw ukoll lill-Gvern biex b’mod immedjat jinvesti iktar fl-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u għat-tisħiħ tal-Building Regulations Office. Il-Partit Nazzjonalista għamel ukoll riflessonijiet fuq l-istħarriġ ġeoloġiku u dwar il-manager tas-siti u ħeġġeġ biex isiru korsijiet mill-isitituzzjoni edukattivi għal managers tas-sit.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Huma ħafna l-Maltin li jkollhom seba’ mitt sena sakemm jasal is-sajf biex igawdu l-baħar u jqattgħu ġranet sħaħ jilagħqu x-xemx. Sa seba’ snin ilu, Fiona Sammut kienet waħda minnhom ….

Enerġija

Bil-limitazzjonijiet kbar tal-art għal solar farms, l-MCAST flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tax-Xjenza u t-Teknologija qed ikompli jesperimenta dwar solar farms fil-baħar madwar Malta biex tiġi ġenerata l-enerġija mix-xemx. L-MCASTqal li dal-proġett…

Kronaka

Sid ta’ ħanut fil-Mosta qed jappella għall-informazzjoni wara li raġel illum waranofsinhar seraq mobile u ħarab jiġri. Fil-filmat, li nqabad minn kamera tas-sigurtà, jidher jidħol fil-ħanut dan ir-raġel. Ftit tal-ħin…

Aktar