Lokali
Il-perklorat fil-logħob tan-nar tal-ajru qed jikkontamina l-ħamrija – Colette Pace

Tkompli tissaħħaħ l-evidenza xjentifika li l-kimika perklorat li tintuża fil-manifattura tal-logħob tan-nar tal-ajru qed tikkontamina serjament il-ħamrija, l-ilma tal-pjan u l-uċuħ tar-raba’.

Testijiet li saru fuq il-ħamrija fi 18-il lokalità f’Malta u Għawdex urew li l-ammont ta’ perklorat fil-ħamrija huwa għoli tant li jitqabbel mal-livell li jinsab f’pajjiżi bħaċ-Ċina. L-unika sors tal-perklorat f’Malta hu l-logħob tan-nar li jinħaraq fil-festi u f’ċelebrazzjonijiet oħra.

Ir-riċerkatriċi Colette Pace qalet li għaddej studju fuq l-effetti tal-perklorat fuq is-saħħa.

”Jista’ jkun li jkun hemm inċidenza bejn il-livell għoli ta’ perklorat u l-livell ta’ thyroid cancer li hawn Malta” qalet Dr Pace.

Il-perklorat instab ukoll fil-ħxejjex.

Dawk li nieklu l-weraq tagħhom bħar-rucola u l-ħass, il-livell tal-perklorat se jkun għoli ħafna. Avolja ħsilniehom, il-livell xorta kien għoli għax il-perklorat se jkun ġol-werqa u mhux fuq il-werqa.

Traċċi ta’ perklorat instabu wkoll fl-ilma li nixorbu, għalkemm Dr Pace qalet li f’dan il-każ il-livelli mhux daqstant allarmanti.

Il-perklorat jinħall sewwa fl-ilma jiġifieri jekk tagħmel ix-xita, l-ewwel ħaġa li se jiġri se jinħall u jinżel fl-ilma li jinġabar taħt l-art li hu l-ilma li nixorbu jew li jinżel fil-baħar.

Fir-riċerka tagħha, Dr Pace analizzat ukoll it-trabijiet fl-arja.

”L-ogħla kienu taż-Żurrieq u l-Qrendi n-naħa tas-South. Sibna wkoll ammonti għoljin f’Ħal Qormi però ż-Żurrieq kważi matul ix-xhur kollha kien fl-ogħla livell meta analizzajna t-trab tal-arja” kompiet tgħid Dr Pace.

Iżda l-livell tal-perklorat kif jista’ jonqos?

”Li jistgħu ovvjament hi li kull kamra tan-nar ittella’ ftit inqas nar kull sena u ovvjament ikollna inqas ħsara” qalet Dr Pace.

L-użu tal-perklorat fil-ħidma tal-logħob tan-nar żdied fl-aħħar snin bħala waħda mill-miżuri biex jonqsu d-diżgrazzji fil-kmamar tan-nar peress li din il-kimika hija inqas perikoluża mill-klorat.

 

Aħbarijiet Oħra
Xogħol

Fit-tieni kwart tas-sena, bejn April u Ġunju li għadda, Malta kellha t-tielet l-ogħla rata ta’ sejħiet għal impjiegi fis-suq tax-xogħol. Skont ċifri tal-Eurostat, il-postijiet tax-xogħol li kienu qed ifittxu l-ħaddiema…

Lokali

Tmien Kunsilli Lokali ngħataw bejniethom ‘il fuq minn mitt elf ewro minn Transport Malta wara li l-proġetti tagħhom għal trasport alternattiv li jagħmel ġid ambjentali ġew magħżula. Tliet kunsilli lokali,…

Lokali

Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità attiva Anthony Agius Decelis ħabbar li filwaqt li hawn 2,749 persuni b’diżabilità mpjegati fuq bażi full time, fadal 215 persuna b’diżabilità li qed…

Aktar