Il-persuna li waħħal 88 smart meter imbagħbas assigurat mill-kura psikjatrika

B’referenza għar-rapporti li dehru fil-mezzi tax-xandir fejn ingħad li persuna akkużata fil-każ tal-ismart meters qalet fil-Qorti li ma kinitx qed tirċievi kura psikjatrika fit-Taqsima Forensika tal-Isptar Monte Carmeli darbtejn fil-ġimgħa iżda darba fix-xahar, il-Ministeru tal-Intern talab spjegazzjoni lill-awtoritajiet tal-Faċilità Korrettiva fejn irriżulta li l-fiżjoterapista stess skont l-eżaminazzjoni medika ħarġet għall-konklużjoni biex il-pazjent u resident tal-Forensic Unit ikollu sessjonijiet  ta’ darba f’ġimgħa u mhux darba f’xahar kif qed jiġi rrapportat.

Fi stqarrija l-Ministeru ppubbliku s-sessjonijiet kollha ta’ fiżjoterapija li ngħata bejn Marzu u Ġunju, is-sessjonijiet ta’ occupational therapy, kif ukoll sarulu 25 vista regolari minn uffiċjali mediċi fl-isptar Monte Carmeli u anke kien trasferit għall-Isptar Mater Dei sas-16 ta’ Mejju.

Apparti dan, il-Ministeru qal li l-pazjent  ikun invistat mill-konsulent psikjatriku b’mod regolari.

Minkejja dan, immedjatament wara li nstema’ l-każ illum u l-pazjent irritorna Mount Carmel saru diskussjonijiet miegħu biex ikun żgurat li l-bżonnijiet mediċi tiegħu ikunu kollha mħarsa.

Ara wkoll: http://www.tvm.com.mt/news/wahhal-88-smart-meter-imbaghbas/

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi stqarrija l-Matsec qalet li dawk l-istudenti li xtaqu jagħmlu l-eżamijiet tal-A Levels u l-Intermediates, jistgħu ipoġġu għal dawn l-eżamijiet f’Settembru li ġej. Din is-sessjoni se tieħu post is-sessjoni tar-resits,…

COVID-19

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qed jilqa’ l-applikazzjoni ta’ erba’ faxex ta’ ħaddiema li jaħdmu jew kienu jaħdmu fis-settur privat u ma baqgħux jaħdmu minħabba l-impatt tal-Coronavirus, iżda li mhux ser jintlaħqu…

Lokali

Wara kjarifiki uffiċjali, kien hemm qbil reċiproku li l-prezz tal-gass f’ċilindru ta’ 12kg ta’ Liquigas se jkun ta’ €15. Dan wara laqgħa llum bejn Liquigas Malta, li talbet biex tiċċarra…

COVID-19

Fiċ-ċirkostanzi preżenti maskra tiswa mitlu deheb partikolarment għal professjonisti li jinsabu fil-fruntiera tal-ġlieda kontra l-imxija tal-Covid-19. Fid-dawl tad-domanda qawwija għall-maskri soffistikati, Inġinier Malti fl-Fakultà tal-Inġinerija tal-Università ta’ Malta żviluppa magna…

Aktar