Lokali
Il-persuni b’diżabbiltà: effetti negattivi minn protezzjoni żejda

“Protect and Let Go” kienet it-tema ta’ konferenza fl-Università ta’ Malta li ddiskutiet il-protezzjoni żejda fil-ħajja ta’ persuni b’diżabbiltà. Il-konferenza kienet xprunata minn proġett ta’ riċerka li sar min Dr. Anne Marie Callus u Isabel Bonello li stħarrġu kif il-persuni li għandhom diżabbiltà huma affettwati negattivament minn protezzjoni żejda.

Mit-twelid, il-ġenituri istintivament jagħtu protezzjoni lil uliedhom u dan jiġri iktar spiss meta wliedhom ikollhom xi diżabbiltà. Madankollu riċerka li saret uriet li meta l-ġenituri jridu jagħmlu kollox huma għal uliedhom, possibbilment jostakolaw l-iżvilupp tat-tfal, anke dawk li għandhom diżabbiltà.

“Ikun hemm raġuni valida għaliex ikunu jridu jipproteġuhom lil uliedhom. Minħabba r-riskji li jkun hemm imma jkun hemm ġenituri li jaraw kif jagħmlu u l-problemi li jkun hemm jippruvaw jegħelbuhom u jkun hemm min sfortunatament jibqa’ jipproteġi u tiġi protezzjoni żejda u l-persuna ma tistax tiżviluppa.”

Il-kunsens mill-esperti fil-konferenza Protect and Let Go kien li jenħtieġ li jkun hemm bilanċ bejn l-istint għall-protezzjoni u l-aħjar ġid tal-persuni li għandhom diżabbiltà.

Il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, Oliver Scicluna, qal li dawn il-persuni filwaqt li għandhom bżonn l-għajnuna, għandhom bżonn l-ispazju u l-indipendenza għad-dinjità tagħhom stess.

“Inħossu li xi kultant ikun hemm protezzjoni żejda u sforz ta’ dan il-persuni b’diżabbiltà speċjalment il-persuni anki b’nuqqas intellettwali jispiċċaw ma jgawdux dak li jkunu jixtiequ jgawdu fil-ħajja tagħhom permezz ta’ deċiżjonijiet li jkunu jridu jagħmlu, xi kultant deċiżjonijet bażiċi u anki oħrajn li jkunu iżjed profondi ”

Isabelle Bonello li kienet koriċerkatriċi tal-proġett u li hija nnfisiha għandha diżabbiltà qalet li l-biża’ hija l-ikbar għadu għall-persuni b’diżabbiltà,

”Jiena kont nibża’ li nuża tal-linja waħdi…”

Il-President tal-Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b’Diżabbiltà, Marchita Mangiafico, qalet li bil-protezzjoni żejda l-persuni b’diżabbiltà ma jilħqux il-potenzjal tagħhom.

”Tkun protezzjoni żejda meta aħna ma nemmnux f’dak il-potenzjal li t-tfal tagħna jistgħu jkollhom, jistgħu jiksbu, protezzjoni żejda meta aħna bħala ġenituri nkunu mbeżżgħin li nħallu t-tfal tagħna jmorru hemm barra u jiffaċċjaw il-ħajja li hemm…”

Is-Segretarju Parlamentari Anthony Aguis Decelis qal li l-politika tal-gvern hija mnebbħa mill-bżonnijiet varji tal-persuni b’diżabbiltà bil-għan li jilħqu l-milja ta’ ħajjithom.

Il-Kelliema għall-Oppożizzjoni, Maria Deguara qalet li l-kollaborazzjonijiet mal-esperti u mar-riċerkaturi hija essenzjali biex titrawwem politika li toħloq kuxjenza dwar il-ħtiġijiet ta’ dawn il-persuni.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-Gvern qed ifassal abbozz ta’ liġi biex Malta jkollha Qorti tal-Ambjent fejn jinstemgħu u jiġu deċiżi każi ta’ reati ambjentali. Il-Ministru tal-Ambjent qal li għandu l-kelma tal-avukati li l-abbozz ta’…

Edukazzjoni

Fil-bidu tas-sena d-dieħla, studenti mill-Korea t’Isfel se jibdew jitħarrġu f’Malta biex jiggradwaw bħala tekniċi fil-manutenzjoni tal-ajruplani. L-istudenti se jitħarrġu fl-MCAST wara qbil bejn il-kulleġġ, żewġ kumpaniji privati u l-gvern tal-Korea…

Edukazzjoni

Il-Fondazzjoni LifeCycle għamlet għotja ta’ €25,000 lill-Università għar-riċerka dwar ċesti li jitrabbew fil-kliewi. Riċerkaturi ser jagħmlu stħarriġ dwar il-ġenetika ta’ din il-kundizzjoni li tintiret fil-familji u twassal għal mard serju…

Televiżjoni u Radju

Il-prevedibbli se jsir imprevedibbli waqt l-għodwiet min-nhar it-Tnejn li ġej ma’ Carlo, Gordon u Anna fuq Magic Malta 91.7 FM. It-tliet karattri vivaċi b’livelli varji ta’ esperjenza radjofonika se jieħdu…

Aktar