Lokali
“Il-persuni b’diżabilità ma jistgħux jadattaw għan-normalità ġdida jekk mhux b’investiment tal-Gvern”

Il-President tal-Federazzjoni tal-organizazzjonijiet għal persuni b’diżabilità Marthese Mugliett qalet li l-persuni b’diżabilità ma jistgħux jadattaw għal normalità ġdida wara Covid 19 u qalet li t-triq ‘il quddiem hi li ssir ħidma biex in-normalità ġdida tkun tinkludi lil kulħadd.

Il-Federazzjoni tal-organizazzjonijiet għal persuni b’diżabilità jsostni li wara l-Covid 19 il-persuni b’diżabilità ma jistgħux jadattaw għan-normalità ġdida jekk mhux b’investiment min-naħa tal-Gvern u għodod biex persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jgħixu ħajja indipendenti. Il-Federazzjoni qalet li l-ġenituri ta’ persuni b’diżabilità jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex uliedhom jirnexxu, ħafna drabi jispiċċaw jiġġieldu għad-drittijiet taghhom fosthom id-dritt ta’ tagħlim tul il-ħajja, aċċess għax-xogħol, indipendenza u aċċess għal attivitajiet rikreattivi.

Il-President tal-Federazzjoni Marthese Mugliett qalet li l-Covid 19 għamlet ħsara kbira lill-persuni b’diżabilità, u li jekk din mhux se tiġi indirizzata, se jikbru l-ingulwanza u l-esklużjoni socjali fil-konfront tagħhom. “Meta se jibdew isiru l-pjani biex immorru lura għan-normal, ikun hemm l-organizazzjonijiet ta’ persuni b’diżabilità mal-istess mejda, ma nistgħux inpoġġu lil kull persuna b’diżablità fl-istess keffa”.

Is-sinjura Mugliett qalet li skont il-konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda persuna b’diżabilità trid tgħix ħajja indipendenti. Qalet li għalhekk il-federazzjoni ilha tisħaq fuq assitenza personali għal persuni b’diżabilità u mhux djar fil-komunità. Qalet li hemm bżonn ukoll li tingħata edukazzjoni ta’ kwalità tajba li ssaħħaħ l-abbiltà tal-persuni b’diżabilità għad-dinja tax-xogħol.

Il-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità Oliver Scicluna qal li qed isiru taħdidiet għaliex persuni b’diżabilità ma jistgħux jgħixu n-normalità ġdida jekk l-awtoritajiet ma jifhmux li mhux kull persuna b’diżabilità tista’ tadatta għal kull miżura ta’ mitigazzjoni.

“Inżommu f’moħħna li hawn nies li ma jistgħux jilbsu l-maskri, bżonn ta’ soluzzjonijiet oħra, għax inkella noħolqu diskriminazzjoni”.

Is-Sur Scicluna qal li għaddejjin taħdidiet biex is-servizzi jerġgħu jibdew jingħataw fosthom ta’ terapija biex il-persuni b’diżabilità ma jaqgħux lura f’saħħithom. Dwar dan is-supretendent tas-saħħa pubblika Prof Charmaine Gauci qalet li s-servizzi ta’ terpija se jkomplu jiżdiedu fil-jiem li ġejjin u ma’ dawn se jiżdied it-taħriġ tal-professjonisti b’rabta ma’ Covid 19.

Is-sur Scicluna qal li l-persuni b’diżabilità m’għandhomx isibu barrieri ġodda minħabba din in-normalità ġdida iżda fiduċjuż li bi qbil mal-awtoritajiet se jsir anki titjib li l-miżuri li jittieħdu jikkunsidraw ukoll lill-persuni b’diżabilità.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Infrastructure Malta għażlet żewġ artisti u żewġ ditti tal-arkitettura minn Malta, Ċipru u r-Rumanija sabiex jipproduċu erba’ xogħlijiet artistiċi kbar għaż-żoni bis-siġar u passaġġi madwar il-flyovers tal-Marsa Junction Project wara…

Kultura

Il-parruċċani tas-Siġġiewi 320 sena ilu kkummissjonaw żewġ biċċiet tal-arti, kurċifiss u kwadru li flimkien jirrappreżentaw ix-xena tal-golgota fi tliet dimensjonijiet. Din l-opra tal-arti kienet saret f’Ruma. F’dan iż-żmien kemm il-kurċifiss…

Stejjer Umani

Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi illum qed jiċċelebra l-24 anniversarju tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, Fr Martin filwaqt li radd ħajt lil Alla għal dak kollu…

Aktar