Saħħa
Il-pittur li ngħata kornea tal-għajn darbtejn b’donazzjoni b’appell għalik

Madwar tmien snin ilu, waqt li l-artist Malti Alan Azzopardi kien fuq btala, għajn minnhom bdiet tkiddu. Alan beda jara mċajpar, u aktar ma beda jgħaddi ż-żmien, għajnu aktar bdiet sejra lura.

Wara għadd ta’ testijiet li għamel ġaladarba niżel lura Malta, bħal sajjetta fil-bnazzi, lil Alan qalulu li kellu bżonn jagħmel trapjant.

U, meta sarlu l-ewwel trapjant tal-kornea, għajnu attakkathielu infezzjoni, bir-riżultat li kellu bżonn trapjant ieħor.

Minkejja l-limitazzjonijiet fil-vista tiegħu, Alan ma qata’ qalbu qatt. Huwa baqa’ jpitter u qed juża t-talent tiegħu biex jippromwovi d-donazzjoni tal-organi, speċjalment f’dan iż-żmien tas-sena hekk kif bil-mod il-mod qed joqrob żmien il-festi.

B’hekk, għal dawk li forsi għadhom qed jaħsbuha, Alan saħaq li d-donazzjoni tal-organi huwa ġest altruwistiku li ma jiswiex flus. Ħafna drabi, ġest nobbli bħal dan kapaċi jtejjeb ħajjet dak li jkun mil-lejl għan-nhar, bħalma ġara fil-każ tiegħu. Kulma għandek bżonn biex tagħmel dan huwa li jkollok sittax-il sena magħluqa.

Alan fakkar lil dawk l-individwi li għandhom il-card l-antika biex jerġgħu japplikaw hekk kif din m’għadhiex valida peress li fl-2016 il-liġi nbiddlet u l-informazzjoni kollha li kien hemm kellha tinġabar mill-ġdid.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Jikber it-tħassib dwar l-Coronavirus, hekk kif telgħu għal 18-il perusna li mietu b’dan il-virus, waqt li hemm 600 każ ieħor identifikat. L-awtoritajiet Ċiniżi waqfu l-ivvjaġġjar minn u lejn il-belt ta’…

Saħħa

X’għandek tagħmel jekk sejjer jew tinsab iċ-Ċina bħalissa fejn faqqa’ l-mikrobu perikoluż tal-coronavirus? Id-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard qal li wieħed għandu jevita r-rasses u postijiet fejn hemm xi annimali mejta bħal…

Kurżitajiet

Għaliex jibjad ix-xagħar bl-inkwiet? Ix-xjentisti qalu li jinsabu viċin li jiskopru għala jseħħ dan il-fenomenu li jġiegħel lil ħafna jirrikorru għand il-barbier. L-istudju tax-xjentisti qed isir bl-iskop li tinstab soluzzjoni…

Ikel

Is-sempliċità li tant tikkaratterizzah serqet il-qlub ta’ eluf ta’ Maltin u Għawdxin. Kajman, u jitkellem b’tali mod li jinftiehem minn kulħadd. Filwaqt, li jxammar il-kmiem, litteralment, u jmidd idejh fil-kċina…

Aktar