Sport
Il-pixxina ta’ Birżebbuġa tilqa’ tfal mill-iskejjel primarji tan-naħa t’isfel

Il-klabb akwatiku ta’ Birżebbuġa beda inizjattiva bil-kollaborazzjoni tal-awtoritajiet edukattivi biex iħajjar aktar studenti jibdew jipprattikaw l-għawm jew il-waterpolo.

Studenti mill-iskejjel fin-naħa t’isfel ta’ Malta qed jibbenefikaw minn din l-inizjattiva, waqt li d-diriġenti tal-klabb jinsabu b’seba’ għajnejn biex jaħsdu l-frott billi jiskopru talenti potenzjali fost l-istudenti għall-waterpolo.

F’dawn il-jiem, mal-450 tifel u tifla minn skejjel primarji fin-naħa t’isfel ta’ Malta, qed jattendu għal attivitajiet ta’ għawm u waterpolo organizzati mill-klabb akwatiku ta’ Birżebbuġa fil-pixxina tal-klabb, li ġiet inawgurata tliet snin ilu.

L-attivitajiet qed isiru bil-ħsieb li jippromwovu l-isport akwatiku fost it-tfal. Il-klabb qed joffri taħriġ professjonali b’xejn lil 10 studenti, li waqt dawn l-erbat ijiem, jiġu identifikati li għandhom potenzjal li jkunu għawwiema professjonali.

Il-kowċ ewlieni tal-klabb, Simon Cutajar, qal li din l-inizjattiva qed issir ukoll biex il-klabb ikompli jkabbar l-attività. “Speċjalment min-naħa tas-south, il-catchment area tagħna nippruvaw niġbdu kemm jista’ jkun tfal li jistgħu jkunu jippromettu f’dan l-isport.”

L-inizjattiva ntlaqgħet tajjeb mill-iskejjel u l-istudenti.

“Hija attività tajba għal saħħitna u jekk immorru l-baħar ma noqgħodux nibżgħu,” qalet Schirin Spiteri, studenta mill-iskola ta-Żurrieq.

“Qed nieħu gost u qed nagħmlu swimming lessons sbieħ, qed imorru minn hawn s’hemm, qed nagħtu b’saqajna,” qal Matteo Camilleri, wkoll mill-iskola taż-Żurrieq.

Il-kowċ ewlieni tal-klabb qal li d-dixxiplina sportiva tal-għawm toffri ħafna benefiċċji fiżiċi u qed isir ħidma biex dan l-isport ikun popolari matul is-sena kollha u mhux fis-sajf biss.

“Il-klabbs kollha qed jippruvaw jinvestu biex ikollhom pixxina li tkun anki heated. Aħna l-iskop tagħna hu li xi darba naslu fil-mument li ngħidu li għandna pixxina msaħħna wkoll.”

Waqt żjara fil-pixxina, s-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li minbarra l-investiment fl-infrastruttura tad-dixxiplina tal-għawn, qed isir ukoll investiment fl-atleti b’diversi nizjattivi. Dr Grima qal li l-edukazzjoni hija pilastru fl-istrateġija nazzjonali tal-isport u inizjattivi bħal dawn, iħajru aktar studenti u l-familji tagħhom jipprattikaw l-isport.

Aħbarijiet Oħra
Budget

B’reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li Joseph Muscat ma’ wieġeb xejn fuq is-sitwazzjoni tal-għalliema, tal-middle class, tal-popolazzjoni tiżdied, fuq il-problemi tal-banek u fis-settur tal-gaming. Fuq…

Ambjent

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, waqt li rtira l-emenda oriġinali tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, ressaq emenda ġdida li permezz tagħha l-Parlament Malti iddikjara emerġenza fil-klima, bil-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u Ippjanar tal-Iżvilpp jinbidel…

Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern xtara Villa G’Mangia fejn kienet tgħix ir-Reġina biex fiha isir proġett turistiku. Waqt li wieġeb għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-baġit, Dr Muscat żvela li…

Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Aktar