Infrastruttura
Il-pjazza taż-Żejtun tieħu bixra ġdida qabel il-festa

Il-festa ta’ Santa Katerina fiż-Żejtun li se tkun iċċelebrata matul il-ġimgħa d-dieħla se sservi ta’ okkażjoni tajba biex iż-Żwieten igawdu l-bixra l-ġdida li ħadet il-pjazza.

Parti mill-pjazza ewlenija taż-Żejtun, fuq in-naħa taċ-ċentru parrokkjali, fl-aħħar xhur kienet magħluqa għall-pubbliku biex fuqha jsiru x-xogħlijiet.

Il-Kunsill Lokali ħabbar li dawn ix-xogħlijiet, li saru mill-Ministeru għall-Infrastruttura, tlestew ilbieraħ. Dawn kienu jinkludu servizzi ġodda, pavimentar, dwal u tifkira tal-għajn tal-ilma li dari kien hawn f’din il-pjazza.

Aħbarijiet Oħra
Tfal

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità ta’ Standards ta’ ħarsien Soċjali Matthew Vella qal dawn il-linji gwida jirriflettu verament dak li għandhom bżonn it-tfal u saru wara konsultazzjoni wiesgħa ankè ma’ tfal li…

Qorti

Illum issoktat l-inkjesta pubblika fil-qtil tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia, liema inkjesta qed tistħarreġ jekk l-awtoritajiet setgħux jieħdu miżuri biex jevitaw dan il-qtil. It-tim legali tal-familja ippreżenta dossier dwar Josef Caruana,…

Kronaka

Żewġt irġiel ġew arrestati llum fuq suspett li lbieraħ kienu involuti f’aggressjoni f’Buġibba. Il-Pulizija qalet li kmieni lbieraħ, għall-ħabta tal-5.00am, fl-Għassa tal-Qawra daħlu żewġt irġiel barranin, b’wieħed minnhom bid-demm ħiereġ…

Saħħa

Anzjani u persuni b’diżabbiltà fil-Fgura u Ħaż-Żabbar ingħaqdu ma’ dawk ta’ Birkirkara u l-Mosta fis-servizz ta’ flebotomija minn darhom. Persuni li għandhom problemi ta’ mobbiltà qed jitteħdilhom id-demm għat-testijiet mill-kumdità…

Aktar