Partit Laburista
Il-PL b’5 kandidati b’diżabbiltà għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali

Il-Partit Laburista għandu ħames kandidati b’diżabbiltà għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li ġejjin.

Il-Partit Laburista qal li d-diżabbiltà tista’ tpoġġi numru ta’ sfidi iżda d-determinazzjoni twassal biex dak li jkun xorta waħda jaħdem biex iwettaq il-ħolm tiegħu u saħansitra tal-komunità ta’ madwaru.

F’ikla mas-sinjura Michelle Muscat u l-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Dr Randolph De Battista, il-ħames kandidati ddiskutew l-aspirazzjonijiet għal-lokalità tagħhom.

Clifford Portelli huwa kandidat fuq Raħal Ġdid, Gianluca Cutajar fuq iż-Żurrieq, Jonathan Pace qed jikkontesta għall-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa u Matthew Chetcuti u Matthew Giordmaina huma kandidati fuq il-lokalità tar-Rabat.

Mas-sinjura Muscat fissru kif l-aspirazzjoni tagħhom li jaħdmu fil-lokalità tmur lil hinn minn temi li għandhom x’jaqsmu mad-diżabbiltà jew l-aċċessibbiltà. Iktar attivitajiet kulturali u soċjali u infrastrutturali aħjar huma fost it-temi li emfasizzaw.

Is-sinjura Muscat tkellmet dwar ir-riżultati li kisbu l-atleti Maltin fl-Ispecial Olympics u qalet li dan hu sinjal ta’ kif wieħed m’għandu jaqta’ qalbu qatt.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista Dr De Battista qal li dan hu eżempju ieħor ta’ inklużjoni fis-soċjetà, ispirata mill-Partit Laburista.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Federazzjoni Maltija għall-Produtturi tal-Akwakultura qalet li tinsab ippreokkupata bl-għadd ta’ irjus ta’ tonn, karkassi u tonn sħiħ fi stat qawwi ta’ dekompozizzjoni li qed jiġi rrapurtat dan l-aħħar. Fi stqarrija,…

Droga

Maqbud u mkisser bil-vizzju tad-droga fi skiet ta’ daru anke ‘l bogħod minn għajnejn familtu, illum li temm il-kors tal-Caritas b’suċċess għat-tieni darba, Alfred (isem fittizju) jgħid li l-akbar rimors li…

Lokali

Infetħet mill-ġdid għall-pubbliku l-bajja tal-Balluta wara li tlesta l-proġett biex jittella’ r-ramel minn qiegħ il-baħar biex iffurmat mill-ġdid il-bajja ramlija. Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li grazzi għall-Awtorità tat-Turiżmu, din…

Lokali

Id-Dipartiment tad-Dwana kkonfiska eluf ta’ sigaretti, tabakk u fliexken ta’ xorb minn bosta lokalitajiet madwar Malta. Fi stqarrija, id-Dwana qalet li kkonfiskat 3,740 sigarett, 21.6 kilogrammi tat-tabakk, 3,727 flixkun ta’…

Aktar