Lokali
Il-PL jagħti jum leave lill-ħaddiema għal kull festa li taħbat fi tmiem il-ġimgħa

Il-Partit Laburista ħabbar li se jibda jagħti lill-ħaddiema tiegħu jum leave għal kull festa pubblika li tinzerta fi tmiem il-ġimgħa.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Randolph De Battista, fi stqarrija qal li l-Partit Laburista ried jibgħat messaġġ b’saħħtu favur il-prinċipju li l-Gvern beda jintroduċi pass pass minn din is-sena.

Għalhekk il-PL qal li se jagħti lill-ħaddiema tiegħu jum leave għal kull festa, li din is-sena se jkun hemm erbgħa minnhom.

De Battista żied li fi żmien meta l-ekonomija tinsab għaddejja minn mument b’saħħtu l-ħaddiem għandu jgawdi wkoll il-frott.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kamra tad-Deputati approvat it-tielet qari tal-abbozz ta’ liġi dwar il-protezzjoni tal-embrijuni b’34 vot u 27  voti kontra. Il-vot intlaqa’ b’ċapċip mill-membri tal-Gvern. L-abbozz issa jonqsu biss il-firma tal-President tar-Repubblika Marie-Louise…

Lokali

Wieħed mill-istilisti magħrufa tal-kantanta internazzjonali Lady Gaga, l-istilist mill-Kroazja, Matija Cop li nġieb Malta f’attività edukattiva għall-istudenti tal-MCAST mill-Fondazzjoni, Malta Chamber of Fashion. F’Malta wieħed mill-istilisti li taħdem miegħu l-kantanta…

Lokali

Mara ta’ 58 sena qaltilna li ilha priġuniera ġo darha għal dawn l-aħħar 9 snin għax minħabba mard ma tiflaħx tinżel żewġ sulari taraġ. Il-mara, Rita Gatt hija armla b’erbat’…

Lokali

F’konferenza tal-aħbarijiet, siegħa qabel ttieħed il-vot fit-tielet qari biex tidħol il-liġi ġdida tal-IVF, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne sostna li wasal il-waqt li l-politiċi ma jibqgħux jaħsbu…

Aktar