Budget
Il-PL jgħid li l-Gvern għaddej b’ritmu ekonomiku u soċjali b’saħħtu lejlet budget pożittiv u ambizzjuż

Il-Partit Laburista qal li l-Gvern għaddej b’ritmu ekonomiku u soċjali b’saħħtu lejlet baġit pożittiv u ambizzjuż. Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Michael Falzon qal li l-Gvern għandu ruħ socjali u semma kif l-għajnuna fi ħlas tal-pagi ġiet estiża anke wara Ottubru, miżura li qed tiġi tiswa lill-Gvern mas-70 miljun ewro fix-xahar.

Il-Ministru Falzon qal li fil-baġit il-pensjonanti se jerġgħu jibbenefikaw minn żieda fil-pensjoni. Dr Falzon qal li sal-aħħar ta’ Novembru se jkunu twettqu s-sitta u għoxrin miżra soċjali li kien hemm fil-budget għal din is-sena.

Is-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo qal li sal-bidu ta’ Settembru ntużaw aktar minn 1,290,000 voucher tal-Gvern, u sostna li dil-miżura biss iġġenerat aktar minn ħamsa u għoxrin miljun ewro fl-ekonomija.

Is-Segretarju Parlamentari Bartolo qal li d-dokument ta’ qabel il-bagit li ppreżenta, il-Kap tal-Oppozizzjoni hu bla pjan ta’ kif jistà jitwettaq u appella biex qabel jitkellem Dr Grech ikun infurmat dwar dak li se jgħid. Iż-żewġ kelliema qalu li l-baġit se jkun immirat mhux biss għall-iżvilupp ekonomiku iżda wkoll għall-irkupru ekonomiku, l-aktar għas-setturi li fil-mument jeħtieġ li jiġu mwieżna.