Lokali
Il-PL jgħid li l-Kap tal-PN ivvinta storja oħra wara li nqabad jigdeb fuq l-Egrant

Il-Partit Laburista qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni la nqabad jigdeb fuq l-Egrant issa ivvinta storja oħra. Qal li Dr Busuttil l-ewwel ivvinta li l-kumpanija Egrant hija ta’ mart il-Prim Ministru, imbagħad beda jgħid li hija sekondarja u issa qal li ma jistax jippreżenta provi għax l-istorja ma ħariġhiex hu.

Il-Partit Laburtista qal li l-Kap Nazzjonalsita għażel li jkompli jwaddab allegazzjonijiet bl-addoċċ u qal li kull min kien mitlub mill-Maġistrat Bugeja biex jagħti x-xhieda diġà mar, bl-eċċezzjoni ta’ seħbet Simon Busuttil, Daphne Caruana Galizia.

Il-Partit Laburista sostna li huwa ċar li Simon Busuttil huwa l-aktar politiku giddieb u falz fl-istorja politika ta’ pajjiżna tant li llum ma jistax jissostanzja l-gideb tiegħu stess.