Politika
Il-PL jgħid li r-rapport ta’ diliġenza jikkonferma kif Adrian Delia u Bernard Grech mhumiex idjoni għat-tmexxija

Il-Partit Laburista qal li r-rapport ta’ diliġenza dwar Adrian Delia u Bernard Grech juri li ż-żewġ kandidati għall-elezzjoni mhumiex idonji għall-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-President tal-Partit Laburista Ramona Attard qalet li r-rapport huwa difettuż għax iserraħ biss fuq rapporti tal-media. Irrimarkat li hemm żbilanċ bejn dak li qal ir-rapport dwar Dr Delia u dak li qal ir-rapport fuq Dr Grech, hekk kif minn rapport ta’ 26 paġna hemm 2 paġni biss fuq Dr Grech.

L-Ewroparlamentari Laburista Alex Agius Saliba qal li l-esperti bdew ir-rapport bi premura li ma kellhomx rizorzi bizzejjed. Semma wkoll dak li sejjah nuqqasijiet finanzjarji li qal għandhom Dr Delia u Dr Grech, nuqqasijiet li skont Dr Agius Saliba huma responsabilta’ bazika f’demokrazija.