Lokali
Il-PL jirreaġixxi dwar il-mozzjoni mressqa minn Marlene Farrugia

Il-Partit Laburista qal li d-diskussjoni dwar il-mozzjoni li ressqet id-deputat tal-Oppożizzjoni Marlene Farrugia l-Erbgħa li għadda, fuq suġġett sensittiv bħall-abort, għandha ssir mis-soċjetà b’mod matur u liberu u mhux tinħonoq b’mozzjoni bħal din.

Fi stqarrija fi tmiem laqgħa tal-Grupp Parlamentari Laburista ngħad li d-diskussjoni m’għandhiex tiġi mmonopolizzata mill-partiti politici fil-Parlament, u għandha tkun mibnija fuq l-onestà, ir-rispett lejn fehmiet differenti, bla sensazzjonaliżmu jew kundanni u kontra l-istigma.

Il-PL temm jgħid li l-Prim Ministru diġà kien esprima l-fehma ċara tiegħu dwar is-suġġett, jigifieri kontra l-legalizzazzjoni tal-abort.

Madadnkollu ngħad li xorta waħda jemmen li għandu jsegwi bir-reqqa dak li jkun qed jingħad fid-diskussjoni mis-socjetà.