Qorti
Il-plejer li sawwat referee jeħel €100 u sena ’l bogħod mill-grawnd

Antoine Camilleri ta’ 26 sena, weħel mitt ewro u sena ma jersaqx lejn grawnd, wara li tressaq il-Qorti t’Għawdex akkużat li s-Sibt wara nofsinhar agredixxa lil Andrea Pavia ta’ 19-il sena, li kien qed jaġixxi bħala Assistent Referee f’logħba futbol f’Għawdex.

Waqt il-partita, Antoine Camilleri prova jħebb għar-referee, u wara li ma rnexxilux dar għall-Assistent Referee, fejn tah daqqtejn ponn f’wiċċu, tefgħu mal-art, u kompla jtih bis-sieq f’sidru.

Il-partita kienet bejn it-tim tal-ewwel post Sannat L kontra t-tim fit-tieni post Oratory Y. Camilleri hu plejer ta’ Sannat li tkeċċa fl-aħħar mumenti tal-logħba wara li tilef rasu. B’dak li nqala’ spiċċa biex il-logħba ġiet abbandunata.

Camilleri ġie akkużat li hedded li se jħebb għall-persuna oħra, li kiser il-paċi pubblika, u li uża kliem oxxen. Camilleri wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Hu ġie ordnat ukoll ma jersaqx lejn Pavia u lejn ir-referee tal-partita.

Il-Qorti ġiet preseduta mill-Maġistrat Simone Grech.

Ara wkoll:

Referee aggredit ilbieraħ baqa’ jirċievi messaġġi ta’ theddid

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

L-ewwel parti tal-proġett tas-Central Link li se tkun lesta hi dik minn quddiem il-ħruġ, faċċata tal-Palazz ta’ Sant’Anton sa Wied Inċita f’Ħ’Attard. Il-Ministru Ian Borg qal li din il-parti mistennija…

Ekonomija u Finanzi

Diversi kumpaniji lokali li għandhom l-ishma u l-bonds tagħhom ikkwotati fil-borża fl-aħħar jiem infurmaw lis-suq bil-pożizzjoni tagħhom, anke biex iserrħu moħħ l-investituri dwar l-investiment tagħhom. Il-borża ta’ Malta, bħas-swieq finanzjarji…

Kronaka

Filmat li kiseb TVM juri parti mill-vjaġġ tat-trakk li llum għamel ħerba fil-Mellieħa wara li laqat minn tal-anqas ħames vetturi oħra. It-trakk, misjuq minn raġel ta’ 29 sena, jidher isuq…

COVID-19

Minn din il-ġimgħa, l-iskype beda jintuża fil-ħabs biex priġunieri jagħmlu kuntatt limitat u b’ħarsien tar-regolamenti mal-familjari. Il-miżura tikkumpensa d-deċiżjoni li minħabba l-imxija tal-coronavirus, il-qraba ma jistgħux iżuru lill-priġunieri. Fil-ħabs qed…

Aktar