Ambjent
Il-plug-in hybrids iħammġu ħafna iktar minn dak reklamat – għaqdiet ambjentali

Studju li sar minn għaqdiet ambjentali jgħid li l-karozzi plug-in hybrids iħammġu sad-doppju u nofs ta’ dak li qed jiġi rreklamat mill-kumpaniji li jimmanifatturawhom.

Testijiet tal-laboratorju kwotati mill-industrija jgħidu li l-emmissjoniet tad-dijossidi tal-karbonju ta’ dawn il-vetturi huma ta’ 44g/km.  Madankollu l-għaqdiet Transport and Environment u Greenpeace qalu li fil-fatt l-emmissjonijiet huma viċin 120g/km.

Il-plug-in hybrids jaħdmu b’magna elettrika li tuża batterija li tiġi ċċarġjata meta titqabbad mad-dawl, jew meta tkun qed taħdem il-magna tad-diesel jew tal-petrol.

Il-plug-in hybrids, magħrufa wkoll bħala PHEVs, qed jammontaw għal madwar 3% tal-bejgħ tal-karozzi ġodda.