Unjoni Ewropea
AĠĠORNAT: Il-PM Abela f’laqgħa mal-President Michel u PM oħra biex isibu soluzzjoni kostruttiva

Aktar laqgħat bilaterali għall-Prim Ministru Robert Abela fi Brussell hekk kif ftit tal-ħin ilu ltaqa’ mal-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel u mal-Prim Ministri tal-Bulgarija Boyko Borissov, tal-Kroazja Andrej Plenkovic, tas-Slovenja Janez Jansa u mal-President tar-Rumanija Klaus Iohannis.

Fi tweet il-Prim Ministru Robert Abela qal li dawn il-mexxejja huma lesti jkomplu jiddjalogaw b’mod kostruttiv biex waqt is-summit fi Brussell jintlaħaq ftehim dwar il-Budget sal-2027 u dwar il-Fond ta’ Rkupru mill-Coronavirus.

Malta, il-Kroazja, il-Bulgarija, is-Slovenja u r-Rumanija issieħbu fl-UE fl-2004 u huma lkoll membri tal-grupp informali Friends of Cohesion fi ħdan l-UE.

Aktar qabel: Il-PM Abela f’laqgħa mal-PM tal-Iżvezja: “Irridu kompromess ġust għal irkupru b’saħħtu”

Il-Prim Ministru Robert Abela kellu laqgħa bilaterali mal-Prim Ministru tal-Iżvezja Stefan Lofven.

Il-laqgħa saret fil-marġni tal-Kunsill Ewropew Speċjali li qed isir fi Brussell u matulha ġew diskussi n-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar il-Budget tal-UE sal-2027 u dwar il-Fond ta’ Rkupru mill-ħsara ekonomika li ħasad il-coronavirus.

Fi tweet il-Prim Ministru Abela qal li Malta tibqa’ tfittex kompromess ġust għal irkupru ekonomiku b’saħħtu madwar l-Ewropa. Fil-laqgħa kienu diskussi wkoll l-immigrazzjoni u s-saltna tad-dritt.

Il-mexxejja Ewropej, li oriġinarjament kellhom jiltaqgħu f’12pm f’sessjoni plenarja, bħalissa għadhom għaddejjin b’sensiela ta’ laqgħat bilaterali u fi gruppi żgħar maħsuba biex jingħelbu d-differenzi li għadhom jeżistu.  Il-plenarja issa mistennija tibda fil-5.30 pm.

Il-qasmiet jibqgħu l-istess li kienu nhar il-Ġimgħa qabel beda s-summit jiġifieri dwar kemm mill-Fond ta’ Rkupru se jkun f’għotjiet u kemm b’self; il-kundizzjoni tar-riformi ekonomiċi u fis-suq tax-xogħol li jolqtu l-aktar lil Spanja u lill-Italja; u l-garanziji u l-kundizzjonijiet tar-rule li jrid jimponi fuq l-Ungerija u l-pajjiżi tal-Lvant.

Dawn il-kundizzjonijiet huma kollha talbiet li qed jagħmel il-Prim Ministru Olandiz Rutte flimkien ma’ sħabu tal-Iżvezja, id-Danimarka, l-Awstrija u issa anki l-Fillandja li uffiċjalment ingħaqdet mal-pajjiżi li jekk se jonfqu jridu jimponu l-kundizzjonijiet tagħhom.

 

Il-mexxejja Ewropej li qed ikomplu jiltaqgħu fi Brussell qed iħejju ruħhom għal-lejl twil li jista’ ma jispiċċa qatt fit-tentattiv tagħhom li jaslu għal ftehim dwar il-budget Ewropew għas-seba’ snin li ġejjin u dwar il-Fond ta’ Rkupru mill-ħsara ekonomika li ħaset il-pandemija tal-coronavirus.

Ħames pajjiżi mmexxija mill-Olanda għadhom qed jimblokkaw kollox għax qed jibqgħu jinsistu li jorbtu numru ta’ kundizzjonijiet ma’ ftehim aħħari.

Ara l-aħħar żviluppi minn Brussell f’dan is-servizz:

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi tmiem laqgħa tal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela, qal li l-Kunsill qabel fuq għadd ta’ punti b’eċċezzjoni għall-Assoċjazzjoni Medika li ma tridx li jsiru attivitajiet bħal…

Kultura

Giuseppe Calì għandu rabta qawwija mal-Knisja tad-Dumnikani fil-Belt, mhux biss b’xogħlijiet ta’ arti tiegħu imma għax tgħammed u għammed lil uliedu f’din il-knisja. Fl-aħħar sena u nofs sar xogħol ta’…

Ambjent

L-għawwiema din is-sena wisq probabbli li qed jirnexxielhom jiskansaw xi tniggiża minn xi brama. Dan minħabba li l-klima sħuna ta’ din is-sena wasslet biex il-qatgħet ta’ bram jidħol qabel beda…

Infrastruttura

Il-proġett tal-parkeġġ pubbliku f’Birżebbuġa, biswit il-Port Ħieles, daħal fil-fażi tal-evalwazzjoni. Fi stqarrija l-Gvern qal li tmien kumpaniji wrew l-interess tagħhom f’dan il-proġett, li se jsir b’investiment ta’ €3.2 miljun mill-Ministeru…

Aktar