Lokali
Il-PM Abela jilqa’ lill-Kummissarju Ewropew għall-Intern Ylva Johansson fil-Berġa ta’ Kastilja

Il-Prim Ministru Robert Abela u l-Kummissarju Ewropew għall-Intern Ylva Johansson kellhom laqgħa fil-Berġa ta’ Kastilja li matulha ddiskutew il-patt tal-immigrazzjoni, id-dimensjoni esterna ta’ din l-isfida u r-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea vis-a-vis l-istati membri ma’ pajjiżi terzi; partikolarment dawk ta’ oriġini u ta’ tranżitu.

Hija tinsab Malta għall-għaxar anniversarju mit-twaqqif tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Immigrazzjoni – l-EASO.