Lokali
Fil-jiem li ġejjin il-PM se jiltaqa’ mal-President elett tal-Kummissjoni Ewropea

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li fil-jiem li ġejjin se jkollu laqgħa mal-President elett tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von Der Leyen dwar in-nominazzjoni tal-Kummissarju Ewropew Malti.

“Fil-jiem li ġejjin se nkun qed nitkellem mas-sinjura Von Der Leyen f’dan ir-rigward. Nifhem hi x’għandha f’moħħha, fir-rigward ta’ nominazzjonijiet, ngħidilha x’għandi f’moħħi jien fir-rigward kemm tal-portafoll, kemm ta’ profil ta’ persuni li qed neżamina u fil-jiem li ġejjin se nasal għal deċiżjoni li se nkun qed inħabbarha kemm lilha u anke pubblikament”.

Il-Prim Ministru tkellem ma’ Television Malta fi tmiem laqgħa ta’ madwar siegħa mal-Prim Ministru tal-Lussemburgu Xavier Bettel fil-Ministeru tal-Istat waqt żjara li qed jagħmel il-Prim Ministru Muscat.

Fuq nett fl-aġenda l-immigrazzjoni. Il-Prim Ministru Muscat faħħar l-impenn tal-Gvern ta’ Bettel li dejjem kien lest jgħin. Il-Lussemburgu kien wieħed minn tmien pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li sa Frar li għadda stess ħa sehem fi ftehim ad hoc li Malta leħħqet mal-Kummissjoni Ewropea għar-rilokazzjoni ta’ immigranti salvati minn Malta.

“Wieħed minn dawk il-Prim Ministri li joffri biex jieħdu. Ma jiħdux mijiet, għax huwa pajjiż żgħir bħalna imma ħadu għexieren issa u fil-fehma tiegħi dan juri l-buona volonta li teżisti bejn iż-żewġ pajjiżi.”

Malta u l-Lussemburgu stabilew ir-relazzjonijiet diplomatiċi bejniethom ħamsin sena ilu, u llum bħala stati membri fl-Unjoni Ewropea l-ħidma bejniethom għadha għaddejja. Fost l-oqsma li għalkemm kompetituri iżda jaħdmu spalla ma’ spalla flimkien hemm is-settur tas-servizzi finanzjarji, bil-Prim Ministru Muscat jgħid li Malta u l-Lussemburgu jridu flimkien, ifehmu l-importanza lill-pajjiżi l-oħra fil-blokk Ewropew li dan il-qasam għandu kemm għaż-żewġ pajjiżi imma wkoll għall-ekonomija tal-Unjoni Ewropea. Il-Prim Ministru iktar tard iltaqa’ wkoll mal-komunità ta’ ħaddiema Maltin li jaħdmu l-Lussemburgu – madwar 300 b’ħafna minnhom jaħdmu fl-istituzzjonijiet Ewropew u oħrajn fis-settur tas-servizzi finanzjarji.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

F’rapport li jsir kull ħames snin dwar l-istat tal-ambjent fil-pajjizi Ewropej jghid li jeħtieġ soluzzjonijiet fundamentali fl-għaxar snin li ġejjin biex jiġi evitat tibdil fil-klima li iwassal għall-temperaturi għoljin estremi….

Kisbiet

L-atti notarili tan-nutar Paolo Bonello li għex fis-seklu ħmistax, servew ta’ punt ta’ tluq għal sistema bbażata fuq intelliġenza artifiċjali msejħa Notary Pedia. L-istudenta tal-Masters fl-intelliġenza artifiċjali fl-Università ta’ Malta…

Annimali

Jingħad li l-kelb huwa l-aqwa ħabib li l-bniedem jista’ jkollu iżda għal persuni neqsin mid-dawl, bil-kundizzjoni tal-awtiżmu jew diabete kelb jaf ikun bastun tad-demm u l-laħam. Aktar kmieni din il-ġimgħa…

Lokali

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) ikkundanna t-theddid li sar fuq ġurnalista aktar kmieni llum. Fi stqarrija l-IĠM qal li ġie infurmat li ġurnalista għamlet rapport lill-Pulizija wara li rċeviet ittra ta’…

Aktar