Lokali
Il-PM bil-kontro-replika għad-diskors tal-bieraħ tal-Kap tal-PN dwar il-Budget 2022

Il-Prim Ministru Robert Abela se jkun qed jagħmel il-kontro-replika għad-diskors tal-bieraħ tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech dwar il-Budget 2022.

Id-diskors ta’ Dr Abela se jixxandar dirett fuq TVM, Radju Malta 2 u tvm.com.mt fis-6.30 p.m.

Il-Parlament ikompli jiddiskuti l-Budget 2022 minn għada, b’żewġ seduti kuljum, waħda filgħodu u oħra wara nofsinhar, li matulhom ikunu qed jiġu diskussi l-voti ta’ kull Ministeru.

Dawn is-seduti se jintemmu f’nofs Novemrbu meta mistenni jittieħed vot dwar il-Budget għas-sena d-dieħla.