Lokali
Il-PM b’konferenza tal-aħbarijiet fil-12.15pm

Il-Prim Ministru Robert Abela flimkien mad-deputat Prim Ministru Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika se jkunu qegħdin jindirizzaw konferenza tal-aħbarijiet.

F’kummenti lill-ġurnalisti lbieraħ, Dr Abela qal li fl-aħħar sigħat kienu għaddejjin diskussjonijiet mal-awtoritajiet tas-saħħa dwar ħtieġa ta’ miżuri effettivi biex tiġi kkontrollata aħjar imxija tal-COVID-19. Madankollu huwa eskluda għalkollox li l-pajjiż kien se jmur f’lockdown.

tvm.com.mt se jkun qiegħed ixandar b’mod dirett din il-konferenza tal-aħbarijiet.