Unjoni Ewropea
Il-PM b’laqgħa bilaterali mal-Kap tat-Task Force għar-Relazzjonijiet mar-Renju Unit, Michel Barnier

Qabel bdew it-taħditiet fit-tieni jum tas-Summit Speċjali, li qed jitlaqqa’ fi Brussell, il-Prim Ministru Robert Abela kellu laqgħa bilaterali mal-Kap tat-Task Force għar-Relazzjonijiet mar-Renju Unit,  Michel Barnier.

Fil-laqgħa, iddiskutew l-importanza li ż-żewġ pajjiżi jkunu qrib xulxin, kif ukoll li jitħarsu l-interessi tal-Unjoni Ewropea.