Politika
Il-PM b’laqgħa mal-Kunsill tal-Kamra tan-Negozju għal Għawdex

Il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana kellhom laqgħa mal-Kunsill tal-Kamra tan-Negozju għal Għawdex. Il-Kamra qalet fi stqarrija li l-laqgħa kienet pożittiva u matulha ġew diskussi diversi kwistjonijiet fosthom il-governanza u l-ħtiġijiet partikolari tal-gżira.

Il-President tal-Kamra tan-Negozju għal Għawdex, Joseph Borg qal lill-Prim Ministru li l-governanza mibnija fuq it-trasparenza u l-etika hija meħtieġa biex il-pajjiż jimxi ‘l quddiem.

Il-Kamra tenniet l-impenn tagħha li Għawdex ikollu mudell ta’ żvilupp sostenibbli li jirrispetta l-ambjent u li jkun mibni fuq governanza soda u istituzzjonijiet b’saħħithom.

Il-Prim Ministru Robert Abela ħeġġeġ lill-Kamra tan-Negozju għal Għawdex biex tibqa’ pro-attiva għax saħaq li l-istil li se jadotta hu pro-market waqt li jassigura li jkun hemm bilanċ ambjentali.

Din kienet it-tieni laqgħa għal Dr Abela mal-komunità tan-negozju wara li l-ġimgħa filgħaxija ltaqa f’Kastilja ma’ delegazzjoni tal-Kamra tal-Kummerċ.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Il-Knisja f’Malta llum tiċċelebra l-festa tal-Beata Maria Adeodata Pisani. Il-ġurnata tal-festa kienet intgħażlet mill-Papa Ġwanni Pawlu II meta bbeatifika l-ewwel tliet Maltin f’ċerimonja fuq il-Fosos tal-Floriana f’Mejju tas-sena 2001. Il-ġurnata…

Kronaka

Raġel ittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30pm fi Triq it-Telgħa ta’ Selmun. L-inċident seħħ bejn bejn vettura tal-għamla Toyota Aygo, li…

Stejjer Umani

Filmat ta’ tifel ċkejken ta’ 9 snin inxtered f’ħakka ta’ għajn mad-dinja kollha meta esprima d-dwejjaq li ħakmuh minħabba l-bullying. Fil-filmat miġbud minn ommu, Quaden Bayles jinstema’ jgħid li jrid…

Aktar