Unjoni Ewropea
Il-PM b’laqgħa mal-mexxejja tal-pajjiżi li 15-il sena ilu ssieħbu fl-UE

Il-Prim Ministru Joseph Muscat jinsab il-Polonja għal-laqgħa mal-Mexxejja Ewropej tal-10 pajjiżi li bħal-lum 15-il sena ssieħbu fl-Unjoni Ewropea.

Bit-tema ‘Flimkien għall-Ewropa, il-mexxejja tal-10 pajjiżi li huma r-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, is-Slovakkja, is-Slovenja, Ċipru u Malta, se jkunu qed jiddiskutu l-esperjenza ta’ dawn il-15-il sena, kif ukoll l-isfidi u l-opportunitajiet għaż-żmien li ġej.

F’kummenti lil TVM, il-Prim Ministru Muscat esprima ruħu sodisfatt bi sħubija u qal li fis-snin li ġejjin Malta se tkompli tkun l-aqwa fl-Ewropa.

Mal-wasla tiegħu, Dr Muscat ingħata merħba mill-Prim Ministru Pollakk Mateusz Morawiecki fil-Kastell Irjali f’Varsavja fejn qed issir din il-laqgħa ta’ ġurnata.

Fl-1 ta’ Mejju 2004 kien sar l-ikbar tkabbir ta’ pajjiżi fl-istorja tal-Unjoni Ewropea. Il-Polonja hija l-ikbar pajjiż membru fost l-10 stati ġodda u Malta l-iżgħar pajjiż fl-Unjoni Ewropea.

B’kollox kienu ssieħbu 7 pajjiżi mil-Lvant tal-Ewropa, 1 miċ-Ċentru u 2 mill-Mediterran, fosthom Malta.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ħabta bejn quad bike u vettura fit-Telgħa t’Alla u Ommu waslet biex tingħalaq it-triq li tagħti għal Buġibba. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.15am. Il-kundizzjoni u l-identità tan-nies involuti għadha mhix magħrufa.

Lokali

Hekk kif il-Prim Ministru Joseph Muscat, f’kumment telefoniku waqt xandira diretta fuq TVM, qal li skont ċifri proviżjonali, id-distakk huwa ta’ 17%, li jammonta għal differenza ta’ madwar 45,000 vot…

Elezzjoni

F’kumment telefoniku waqt xandira diretta fuq TVM, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-riżultat proviżorju tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew jirrifletti l-ikbar distakk politiku fl-istorja tal-pajjiż. Qal li skont figuri proviżjonali, id-distakk…

Lokali

L-ewwel indikazzjonijiet qed juru li hemm distakk ta’ madwar 45,000 bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista, bil-Partit Laburista li jinsab minn fuq. Iktar kmieni kien irrappurtat li d-distakk huwa ta’…

Aktar