Barranin
Il-PM Daniża togħxa bid-daħk waqt li kienet qed tagħmel diskors fil-Parlament

Il-Prim Ministru Daniża Mette Frederiksen ma felħitx iżżomm mid-daħk waqt li kienet qed tagħmel diskors f’seduta parlamentari.

Frederiksen bdiet tfaqqa’ d-daħq waqt li kienet qed tirrakkonta storja dwar xiri ta’ erba’ iljunfanti taċ-ċirku mill-Gvern Daniż f’Settembru li għadda biex ikollhom irtirar diċenti.

Ramboline, Lara, Djunga u Jenny huma l-aħħar iljunfanti taċ-ċirku fil-pajjiż, u l-Ministeru tal-Ikel u s-Sajd qal li kien qed jilqa’ applikazzjonijiet għal min ried jagħti post diċenti għal dawn l-annimali.

Il-Gvern Daniż ser jiddiskuti liġi ġdida biex tipprojbixxi l-parteċipazzjoni ta’ annimali slevaġġ miċ-ċirku.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mil-lat internazzjonali aktar pajjiżi ewropej irrapurtaw każijiet ta’ Coronavirus. Fl-Italja, l-imwiet telgħu għal tnax waqt li hemm 400 każ ta’ Coronavirus, fosthom sitt itfal. Dan ma wassalx lill-pajjiżi ġirien biex…

Barranin

Għadd ta’ pajjiżi Ewropej ħabbru li għandhom l-ewwel każijiet ta’ coronavirus u lkoll jidhru li huma assoċjati mal-imxija tal-virus li bdiet fl-Italja. L-Awstrija, il-Kroazija u l-Iżvizzera qalu li l-każijet jinvolvu…

Barranin

L-eks President Eġizzjan, Hosni Mubarak, li tneħħa mill-poter f’kolp ta’ stat mill-armata disa’ snin ilu, miet fl-età ta’ 91 sena. Mubarak serva mhux inqas minn tletin sena fl-ogħla kariga tal-pajjiż…

Barranin

Il-logħbiet li ġejjin fl-Italja ser jintlagħbu bil-bibien magħluqa f’dawk ir-reġjuni affettwati mill-Coronavirus. Dan tħabbar mill-Ministru Taljan għall-Isport Vincenzo Spadafora it-Tnejn filgħaxija fejn qal li minħabba li l-logħob irid jintlagħab sabiex…

Aktar