COVID-19
Il-PM dwar tliet lezzjonijiet għad-dinja mill-COVID-19 f’summit virtwali tal-ILO

Il-COVID-19 u x-xogħol ġew diskussi minn mexxejja minn madwar id-dinja f’summit virtwali organizzat mill-Għaqda Dinjija tax-Xogħol, l-ILO. Fil-fehma tal-kap tal-organizazzjoni, il-pandemija tefgħet id-dinja tax-xogħol fi kriżi bla preċedent.

F’messaġġ waqt is-summit, il-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar l-effetti pożittivi li qal kellhom il-miżuri ekonomiċi li daħħal il-gvern tul il-pandemija u saħaq li għal darb’oħra ntwera li l-mudell ta’ djalogu soċjali fejn il-vuċi tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem tingħata importanza hija huwa kruċjali.

Il-Prim Ministru Robert Abela silet tliet lezzjonijiet għas-soċjetà globali mill-pandemija. F’diskors lis-summit tal-Ghaqda Dinija tax-Xoghol dwar l-impatt tal-Covid 19 fuq il-ħaddiema u l-ġustizzja soċjali, Dr Abela qal li l-pandemija wriet l-importanza tal-istituzzjonijiet internazzjonali bħal mhi l-Ghaqda Dinija tas-Saħħa.

Żied jgħid li t-tieni lezzjoni hi l-importanza li isir użu akbar mit-teknoloġija fid-dinja tax-xogħol li qal jista’ jkollha impatt importanti biex jissolvew problemi bħal bidla fil-klima. Il-Prim Ministru qal li l-pandemija wriet ukoll is-siwi tad-djalogu soċjali fejn il-vuċi tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem tingħata importanza. Sostna li l-pajjiżi bi djalogu soċjali attiv qed imorru ferm aħjar minn pajjiżi oħra.

“Malta being one of the most open economies in the world, with such a dependence on tourism, is an example of how a greater social cohesion is the best response to the pandemic. At the height of the medical emergency, government brought together employers and trade unions and forged, a new social pact. We agreed that instead of just legislating a minimum wage until the economic shock persists, government would pay an ammount higher than the minimum wage to all “qal il-Prim Ministru Robert Abela.

Il-Prim Ministru elenka l-miżuri li ħadet Malta fil-qasam ekonomiku u socjali biex itaffi l-effetti tal-pandemija. Hu qal li bis-saħħa t’hekk Malta rnexxielha tillimita l-impatt fuq l-ekonomija. Dr Abela wera ruħu fiduċjuż li Malta ser toħroġ aktar malajr mill-effetti tal-pandemija.

Huwa qal li ta’ min iħares x’ġara aktar minn 100 sena ilu f’ċirkustanzi simili. Innota li kien hemm gvernijiet li taw sostenn ekonomiku u oħrajn li mxew b’awsterità’ u kien hemm min adotta nazzjonaliżmu ekonomiku u min baqa’ miftuħ għal kummerċ u investiment barrani. Il-Prim Ministru stqarr li l-istorja wriet li sehem aktar attiv min-naħa tal-Gvern flimkien ma’ orjentament miftuħ kienu s-soluzzjonijiet li ħadmu.

Is-summit tal-ILO sar fl-isfond ta’ ricerka li uriet li 93 fil-mija tal-ħaddiema fid-dinja qed jiffaċċjaw xi forma ta’ impatt fl-impjieg tagħhom minħabba l-pandemija. F’Malta l-impatt skont ċifri tal-NSO inħass minn madwar 62 fil-mija tal-impjegati.

Il-kap tal-għaqda dinjija tax-xogħol, Guy Ryder, qal li fiċ-ċirkustanzi wieħed ma jridx iħares lejn is-saħħa jew lejn l-impjiegi weħidhom għax settur jorbot mal-ieħor.

“Let’s be clear: it’s not a choice between health or jobs and the economy. They are interlinked: we will either win on all fronts or fail on all fronts,” qal il-kap tal-għaqda dinjija tax-xogħol, Guy Ryder.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Mistoqsija dwar jekk trabi għandhomx jitlibbsu maskri, Prof Gauci qalet li tfal taħt 3 snin m’għandhomx jitlibbsu l-maskra għax din tista’ tkun ta’ periklu għalihom. Dan qalitu meta kienet qed…

COVID-19

Il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab infurmat li l-kumpanija Gozo Channel għad m’għandhiex sistema adegwata biex tara li fuq il-vapuri u fit-terminals, il-passiġġieri josservaw il-miżuri ta’ prevenzjoni mill-COVID-19 li ħabbar il-Gvern…

Kultura

Minn issa ‘l quddiem waħda mill-isbaħ xeni tal-Port il-Kbir tista’ titgawda minn fuq il-bejt ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt. Dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa saret l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li minn meta daħal fis-seħħ l-avviż legali l-ġimgħa li għaddiet, diġà nħarġu ħames multi ta’ €3,000 ‘l waħda għal organizzaturi ta’ attivitajiet, restoranti…

Aktar