Politika
Il-PM f’diskussjonijiet ma’ Pete Buttigieg dwar il-qasam tat-trasport u temi oħrajn

Fi tweet, il-Prim Ministru Robert Abela qal li kien f’diskussjonijiet mas-Segretarju għat-Trasport fl-Amerka, Pete Buttigieg dwar il-qasam tat-trasport u l-ekonomija newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju.

Qal li fuq l-aġenda ġew diskussi wkoll il-kisbiet ta’Malta f’dak li għandu x’jaqsam mal-libertajiet ċivili.

Dr Abela qal li jinsab ħerqan biex jaħdem mas-Sur Buttigieg biex ikomplu jsaħħu r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi.