Lokali
Il-PM f’taħditiet kruċjali dwar Brexit ma’ Theresa May

Sena ‘il bogħod mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem f’konferenza tal-istitut tad-diretturi ta’ kumpaniji Ingliżi dwar ir-relazzjonijiet futuri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit. F’ġurnata impenjattiva f’Londra, Dr Muscat iltaqa’ mal-Prim Ministru Theresa May u attenda għaċ-ċerimonja f’Westminster Abbey fl-okkażjoni ta’ Jum il-Commonwealth.

Ftit jiem biss qabel summit kruċjali tal-mexxejja tal-Unjoni Ewropea f’mument meta n-negozjati dwar Brexit jinsabu f’diversi diffikultajiet, il-Prim Ministru Joseph Muscat kellu taħditiet f’Londra mal-Prim Ministru Ingliża Theresa May.

Il-laqgħa segwiet taħditiet li Dr Muscat kellu f’Malta il-ġimgħa li għaddiet man-negozjatur Ingliż dwar Brexit, David Davis. Il-gvern Ingliż qed ifittex l-appoġġ ta’ pajjiżi Ewropej biex jinħallu l-intoppi fin-negozjati mal-Unjoni Ewropea dwar diversi aspetti tar-relazzjonijiet futuri bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal ”ir-relazzjonijiet futuri tar-Renju Unit mal-Unjoni Ewropea kienu wkoll trattati mill-Prim Ministru Muscat f’konferenza tal-Istitut tad-Diretturi tar-Renju Unit. Dr Muscat stqarr li l-Brexit se jwassal għal telf fuq kull naħa u l-ħidma għandha tkun biex ikun hemm l-anqas ħsara possibli fir-relazzjonijiet bejn il-blokk Ewropew u r-Renju Unit.”

Dr Muscat qal li l-Unjoni Ewropea għandha diversi ftehim ma’ pajjiżi f’kontinenti differenti. Qal li r-Renju Unit jista jidħol fi ftehim simili. Il-Prim Ministru esprima ruhu favur li jinżammu ir-rabtiet b’saħħithom f’suq ħieles fir-rispett tas-suq uniku u l-unjoni doganali.

Il-Prim Ministru qal li malli r-Renju Unit ma jibqax konformi mar-regoli ewropej, iċ-ċans li jibqa’ jkun hemm suq ħieles fis-servizzi ikun diffiċli, li jkun daqqa ta’ ħarta għaż-żewġ naħat. Dwar l-possibiltà tat-tluq ta’ kumpaniji mir-Renju Unit minħabba Brexit, Dr Muscat wera l-fehma li din qed tkun esagerata.

Qal li Malta tista’ tkun ideali għall-kumpaniji Ingliżi biex iżommu l-vantaġġ li r-Renju Unit għandu fis-settur tal-prodotti waqt li jkollhom opportunità li jżommu is-suq miftuħ mal-Unjoni.

Id-diskussjonijiet fuq Brexit ma kinitx l-unika impenn tal-Prim Ministru Joseph Muscat f’Londra hekk kif illum f’Jum il-Commonwealth, f’temp tipiku Ingliż b’xita traxxax il-ħin kollu, attenda għas-servizz inter reliġjuż f’Westminister Abbey.

It-tema taċ-ċerimonja kienet ‘Lejn Ġejjieni komuni’ li hija l-istess tema li se tintuza għall-laqgħa tal-kapijiet tal-gvern tal-pajjiżi tal-Commonwealth li ser issir ix-xahar id-dieħel f’Londra stess. L-għan hu li l-Commonwealth twieġeb għall-isfidi li jeżistu madwar id-dinja u twassal għal futur sigur, ġust u sostenibbli għaċ-ċittadini, partikolarment għaż-żgħażagħ.

Il-Prim Ministru, li s’issa għadu ċ-Chair in Office tal-Commonealth qabel il-bidla fit-tmexxija ix-xahar id-dieħel, kien fost 2000 mistiedna ta’ unur li kienu jinkludu ir-reġina Eliżabetta, il-familja Irjali u l-Prim Ministru Ingliza Theresa May.

Ara wkoll:

Tgħid il-familja tal-Prim Ministru awguratilhom lil Prinċep Harry u Meghan Markle?

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru Evarist Bartolo iltaqgha’ wkoll mad-Deputat Prim Ministru Taljan Luigi Di Maio fejn tkellmu fuq kif nistgħu naħdmu flimkien u naqsmu l-esperjenza li għandna fil-qasam tax-xogħol u li nħeġġu iżjed persuni jidħlu…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat talab lil Simon Schembri biex jikkunsidra li, jekk ikun jista’, jibqa’ fil-Korp tal-Pulizija biex ikompli jservi ta’ ispirazzjoni għall-membri u għall-pubbliku. Dan waqt laqgħa li kellu mal-Kuntistabbli…

Lokali

Ira Losco, kant-awtriċi, bi 15-il sena karriera. Bdiet tkanta ma’ band meta kienet adoloxxenti, ħadet spinta meta spiċċat it-tieni fil-Eurovision Song Contest fl-2002, u evolviet b’ġeneri mużikali differenti. Minbarra l-esperjenzi…

Aktar