Unjoni Ewropea
AĠĠORNAT: Il-PM fi Brussell għall-għażla tal-mexxejja tal-istituzzjonijiet Ewropej

Mal-wasla tagħha għas-Summit Ewropew fi Brussell, il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel tenniet l-appoġġ tagħha għall-proċess tal-ispitzenkandidat biex bih jintgħażel il-President li jmiss tal-Kummissjoni Ewropea.

Madanakollu sorsi fi Brussell qed jgħidu li kemm is-Soċjalisti kif ukoll il-Liberali mhux se jkunu qed jappoġġjaw il-kandidat tal-Popolari Manfred Weber. F’dan il-kuntest jinftiehem kumment ieħor ta’ Merkel li qalet li jista’ jkun li f’dan is-summit ma jkollniex deċiżjoni finali fuq il-karigi.

Min-naħa tiegħu, il-President Franċiż Emmanuel Macron mal-wasla tiegħu saħaq fuq l-importanza li d-deċiżjoni dwar min jimla l-karigi l-ewlenin tittieħed bi qbil u tkun rappreżentattiva tal-ispettru politiku kollu. Fl-isfond ta’ dawn in-negozjati diffiċli għaddejjin taħditiet bilatarali u bejn gruppi ta’ pajjiżi.

Il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat wasal Brussell għas-summit aktar kmieni fil-ġurnata u diġà ħa sehem fil-laqgħa tal-mexxejja tal-Grupp tas-Soċjalisti Ewropej.

F’dan is-summit anqas diffiċli mistennija jsiru diskussjonijiet dwar l-Aġenda Strateġika tal-Unjoni Ewropea għall-ħames snin li ġejjin. Dan id-dokument jelenka l-prioritajiet li l-Gvernijiet Ewropej iridu lill-Unjoni Ewropea taħdem fuqhom.

Fost l-oħrajn id-dokument jitkellem dwar politika ta’ migrazzjoni u ġlieda lit-traffikar tal-bniedem, jitkellem dwar tkabbir ekonomiku u l-ħolqien ta’ aktar impjiegi, dwar azzjoni kontra t-tniġġiż u t-tibdil fil-klima, dwar Ewropa soċjali u ġusta, dwar il-protezzjoni u l-libertajiet taċ-ċittadini, kif ukoll dwar il-ħarsien tal-interessi Ewropej fuq livell internazzjonali.

Aħbarijiet Oħra
Turiżmu

Minn Ottubru li ġej, l-Istitut għall-Istudji Turistiċi se jibda joffri kors f’livell ta’ Masters b’kollaborazzjoni mal-Emirates Academy of Hospitality Management. Dan l-iżvilupp ġie deskritt mill-Ministru Konrad Mizzi bħala pass li…

Saħħa

Fit-tnedija tal-Premju Anzjanità Attiva, il-Professur Carm Borg li jmexxi l-bord tal-għażla tal-premju, identifika tliet sfidi li qal ixekklu s-soċjetà milli tapprezza l-anzjanità attiva. L-ewwel sfida, qal il-Professur Borg, hi li…

Lokali

L-uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar Ivan Tabone, Matthew Pace u Mariello Spiteri rriżenjaw mill-karigi tagħhom fi ħdan l-awtorità. Dan qalu l-Ministru għall-Infrastruttura, Ian Borg fejn qal li fl-aħħar ġranet irċieva t-3 ittri ta’…

Kronaka

Uffiċjali tal-ERA dalgħodu sabu għadd ta’ taħżiż mal-faċċata tal-binja fejn jaħdmu. Fi stqarrija uffiċjali, l-ERA qalet li tikkundanna bla riżervi l-attakk vandalu li sar fuq il-bini tal-istess Awtorità fil-Marsa. Dan…

Aktar