Unjoni Ewropea
Il-PM fir-Rumanija għal-laqgħa tal-mexxejja Ewropej dwar il-futur tal-UE

27 mexxej tal-Unjoni Ewropea, fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat, illum se jiltaqgħu f’Sibiu fir-Rumanija bil-għan li jiddiskutu l-aġenda strateġika tal-Unjoni Ewropea għall-ħames snin li ġejjin.

F’Jum l-Ewropa, il-mexxejja Ewropej mistennija jħejju għal unjoni aktar magħquda, aktar b’saħħitha u aktar demokratika f’dinja li kull ma jmur qed isir aktar inċerta.

Il-laqgħa informali mistennija tiffoka fuq il-prijoritajiet u l-isfidi li l-Unjoni mistennija taffaċċja sas-sena 2024.

Il-Kummissjoni Ewropea qed tirrakkomanda li għall-ħames snin li ġejjin l-Unjoni Ewropea tiffokka fuq Ewropa li tipproteġi, Ewropea kompetittiva, Ewropa ġusta, Ewropa sostenibbli u Ewropa influwenti.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, l-ewwel darba li għamel referenza għal din il-laqgħa kien fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni, sentejn ilu.

Huwa qal li fl-aħħar ħames snin ħadem qatigħ biex il-Kummissjoni Ewropea twettaq dak li wegħdet liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea. Qal li issa wasal iż-żmien li l-Unjoni Ewropea tħares ‘il quddiem.

Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea mhux mistenni jkun fuq l-aġenda u l-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May mhux se tkun preżenti.

F’ittra li l-President tal-Kunsill Ewropea Donald Tusk bagħat lill-mexxejja qal li l-mexxejja se jiddiskutu post l-Ewropa fid-dinja. Huwa ppropona li l-mexxejja jaddottaw dikjarazzjoni bil-għan li jibagħtu messaġġ ta’ għaqda u fiduċja fl-azzjonijiet tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

L-istudenti fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern li għażlu suġġetti vokazzjonali, minn Settembru li ġej se jibda jkollhom il-lezzjonijiet minn klassijiet li ngħataw bixra differenti għax ġew mgħammra b’apparat li jixbah dak li…

Agrikultura

Deskritt bħala wieħed mill-ifjen żjut minn esperti u chefs magħrufa internazzjonalment, fosthom Jamie Oliver, iż-żejt taż-żebbuġa Malti għandu karatteristiċi partikulari li jiddistingwuh. Sejbiet arkeoloġiċi juru li elfejn sena ilu, ir-Rumani…

Kultura

Niċċa bi statwa devota tar-Redentur, fit-triq għal Marsaxlokk, se tiġi restawrata. Ix-xogħol se jsir mid-Direttorat tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u għandu jitlesta sal-aħħar tas-sena. Il-Perit…

Annimali

Numru ta’ kuċċiera qalu li qegħdin jikkunsidraw li jiftħu kawża fil-Qorti biex ireġġgħu lura l-avviż legali li bih ma jistgħux jaħdmu bil-karrozzin bejn is-siegħa u l-erbgħa ta’ waranofsinhar f’Lulju u…

Aktar