Unjoni Ewropea
AĠĠORNAT: Il-PM f’laqgħa mal-mexxejja tal-UE dwar ir-riżultati fl-elezzjonijiet tal-PE

Il-mexxejja tal-pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea, fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat, jinsabu Brussell biex jiddiskutu l-kandidati għal aktar karigi importanti fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fl-isfond tar-riżultati tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li wasslu biex il-Popolari u s-Soċjalisti tilfu l-maġġoranza waqt li l-Liberali u l-Ħodor żiedu s-siġġijiet.

Il-laqgħa tal-lejla tal-Kunsill Ewropew qed titqies bħala l-ewwel minn sensiela ta’ negozjati diffiċli ħafna li jaf jieħdu x-xhur dwar min se jiġi nominat għal ħames karigi li jridu jimtlew sal-1 ta’ Novembru li ġej, fosthom għall-President tal-Kummissjoni Ewropea. L-oħrajn huma għal President tal-Kunsill Ewropew; President tal-Parlament Ewropew; President tal-Bank Ċentrali Ewropew; u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Politika Barranija.

Fl-2014, Jean Claude Juncker intgħażel biex imexxi l-Kummissjoni Ewropea għaliex kien il-kandidat tal-Partit Popolari Ewropew bħala r-rebbieħ tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, wara li għall-ewwel darba ntuża l-mekkaniżmu magħruf bħala ‘Spitzenkandidat’. Madankollu, din id-darba jidher li se tkun sfida akbar għall-kandidat tal-Popolari, il-Ġermaniż Manfred Weber, minħabba li l-grupp tiegħu għadu l-akbar partit iżda minn 217-il deputat ħames snin ilu naqas għal 180, f’Parlament ta’ 751 membru.

Weber għandu l-appoġġ tal-Kanċillier Angela Merkel, li qed tinsisti li l-Kunsill Ewropew jerġa’ juża s-sistema tal-‘Ispitzenkandidat’ u jinnominah għal flok Juncker. Mhux tal-istess fehma l-President ta’ Franza, Emmanuel Macron u xi mexxejja Ewropej oħra.

Manfred Weber hu konxju li se jkun hemm bżonn ħafna kompromessi. “The European People’s Party is ready for all the necessary compromises because we know that we cannot celebrate a big victory. We lost seats. But we are still the first party and that’s why we are ready to talk now with everyone to seat together to find a common understanding for the future.”

Il-kandidati rivali ta’ Manfred Weber, huma Frans Timmermans tas-Soċjalisti u Margrethe Vestager tal-Liberali. Il-Kap tas-Soċjalisti fil-Parlament Ewropew, Udo Bullman qal li Timmermans għandu jkun President tal-Kummissjoni. “We will fight for Frans Timmermans for the next EU Commission’s president, and day by day, I see growing chances for majorities in the European Council as well as in the European Parliament.”

Qabel il-laqgħa fi Brussell, il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani qal li l-maġġoranza tal-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew qed isejħu lill-mexxejja Ewropej biex jinnominaw lill-kandidat rebbieħ għat-tmexxija tal-Kummissjoni Ewropea.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Kważi 8,000 student ser jattendu skolasajf din is-sena. Il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici wera sodisfazzjon li wara l-ħidma li saret, il-ġenituri ħassejhom siguri li jibagħtu lil uliedhom għal Skolasajf li qal…

Lokali

Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela ħabbar lis-Sur James Pearsall se jkun qed jiġi maħtur Chairperson tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD). Is-Sur Pearsall ġie nominat mill-Gvern wara konsultazzjoni sħiħa mal-imsieħba…

Lokali

L-Abbozz ta’ liġi dwar l-ugwaljanza li jinsab quddiem il-Parlament mhux jinżel tajjeb ma’ diversi entitajiet reliġjużi għaliex iħossu li dan jista’ joħnoq id-dritt għat-twemmin reliġjuż tagħhom. Fost oħrajn l-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel…

Politika

Timothy Alden ħabbar li se jkun qed jikkontesta għall-kariga ta’ mexxej tal-Partit Demokratiku.  Il-laqgħa ġenerali annwali mistennija ssir nhar it-Tnejn li ġej. Fi stqarrija, Alden qal li Malta ilha fi…

Aktar