Barranin
Il-PM Franċiż bi pjan biex irażżan lil min jipprotesta bla permess

Il-Prim Ministru Franċiż Edouard Philippe ħabbar pjani biex irażżan u jippenalizza nies li jagħmlu protesti mingħajr permess.

Qal li l-Gvern Franċiż irid ifassal abbozz ta’ liġi li jipprojbixxi lill-persuni li jaqilgħu l-inkwiet milli jattendu għal protesti u l-ilbies ta’ maskri waqt id-dimostrazzjonijiet.

Din il-mossa mill-Gvern Franċiż hi reazzjoni għall-protesti li saru fl-aħħar seba’ ġimgħat minn nies lebsin sdieri sofor kontra ż-żieda proposta fil-fuel.

Il-Prim Ministru Franċiż qal li 80,000 membru tal-forzi tas-sigurtà huma lesti għall-mewġa ta’ protesti li jmiss.

F’xeni kaotiċi oħra f’Pariġi, id-dimostranti ġġieldu mal-pulizija ta’ kontra l-irvellijiet u ħarqu karozzi u muturi. Tul il-protesti li saru, s’issa mietu mill-inqas 6 persuni u ndarbu aktar minn 1,400 ruħ.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

B’aktar minn 90 fil-mija tal-voti mgħaduda, il-partit favur l-armata fit-Tajlandja jidher li qiegħed fuq quddiem, wara li saret l-ewwel elezzjoni mill-kolp ta’ stat ħames snin ilu. Jidher li l-partit Palang…

Barranin

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May mistennija taġġorna l-kabinett dwar l-istrateġija Brexit aktar tard dalgħodu meta tlaqqa’ l-kabinett wara tmiem il-ġimgħa miżgħud bi spekulazzjoni dwar il-futur tat-tmexxija tagħha. Kien hemm rapporti…

Aktar