Lokali
Il-PM: ġurnata sewda għal-libertà tal-espressjoni

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li jinsab f’xokk għall-isplużjoni ta’ karozza bomba fil-Bidnija li fiha aktarx kien hemm Daphne Caruana Galizia.

F’konferenza tal-aħbarijiet li ssejħet b’urġenza, Dr Muscat qal li huwa inaċċettabli u jikkundanna bla riservi dan l-attakk li seħħ kemm fuq il-persuna kif ukoll fuq il-libertà tal-espressjoni.  Il-Prim Ministru qal li għalkemm is-Sinjura Caruana Galizia kienet kritika ħarxa tiegħu politikament u personalment, mhux se jiġġustifika bl-ebda mod possibbli dak li sejjaħ att barbaru fuqha.

Dr Muscat iddeskriva l-jum tal-lum bħala ġurnata sewda għal-libertà tal-espressjoni u qal li s-saħħa tad-demokrazija toħroġ f’mumenti bħal dawn.  Żied jgħid li f’Malta hawn is-saltna tad-dritt fuq kollox u fuq kulħadd u appella għall-għaqda nazzjonali.  Il-Prim Ministru qal li mhux il-mument jikkummenta dwar l-aġir ta’ persuna u sostna li mhux se jistrieħ qabel issir ġustizzja dwar il-każ.

Dr Muscat qal li ta struzzjonijiet biex jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex il-ħati jew ħatja jitressqu quddiem il-ġustizzja, filwaqt li qal li talab għall-assistenza ta’ korpi tas-sigurtà minn pajjiżi oħra f’każ li jkollhom xi tagħrif marbut mal-każ.

Il-Prim Ministru nforma lill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia bid-dettalji kollha dwar il-każ.

 

Ara wkoll:

 

Posposti s-seduti dwar il-Budget 2018

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-Awditur Ġenerali nnota li minkejja li żdiedu l-ispeċjalisti fid-Dipartiment tal-Outpatient tal-Isptar Mater Dei, il-ħin ta’ stennija għall-appuntamenti fl-outpatient għadu eċċessiv. L-Awditur Ġenerali qal li dawn iċ-ċirkostanzi ilhom ġejjin żmien twil,…

Lokali

Andre Bugeja ta’ 19-il sena u Massimo Fasanelli ta’ 18-il sena, it-tnejn minn Tas-Sliema, baqgħu miżmuma arrestati wara li tressqu l-Qorti mixlija li fil-lejl bejn it-8 u d-9 ta’ Settembru…

Lokali

Il-Kunsill Malti għall-Arti ppubblika l-applikazzjonijiet u r-regolamenti għal dawk li jixtiequ jipparteċipaw f’kompetizzjoni tal-presepji. Il-kompetizzjoni se tkun imqassma f’sitt sezzjonijiet, li jinkludu presepji mekkanizzati u dawk statiċi ta’ daqsijiet differenti….

Lokali

Tħabbar il-programm ta’ attivitajiet għall-kampanja internazzjonali dwar il-vjolenza kontra n-nisa, li se ddum għaddejja sittax-il ġurnata, mill-24 ta’ Novembru sal-10 ta’ Diċembru. Il-Kummissarju kontra l-Vjolenza Domestika, Joe Gerada, qal li…

Aktar