Politika
Il-PM ħerqan għall-ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija bis-sistema l-ġdida

Il-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar il-fatt li l-Korp tal-Pulizija qiegħed jinvestiga lilu nnifsu, u qal li dan juri kemm l-istituzzjonijiet qegħdin jaħdmu. Huwa rrefera għal dan il-każ waqt laqgħa f’Kastilja ma’ uffiċjali tal-UĦM Voice of the Workers. Fil-laqgħa tqanqlu wkoll temi oħra, fosthom il-kuntratti pubbliċi u r-riformi istituzzjonali.

Dr Abela qal l-investigazzjoni interna dwar allegazzjonijiet fil-konfront ta’ Pulizija fit-taqsima tat-traffiku turi l-impenn tal-Gvern li qed ikompli jieħu deċiżjonijiet iebsin. Qal li l-investigazzjoni turi wkoll li l-istituzzjonijiet tal-pajjiż qegħdin jaħdmu.

Żied jgħid li jħares ‘il quddiem sabiex jinħatar il-Kummissarju l-ġdid tal-Pulizija bis-sistema l-ġdida u li ssir riforma fil-Korp tal-Pulizija.

Fil-bidu tal-laqgħa Dr Abela tkellem ukoll dwar il-ħatriet fil-ġudikatura. Qal li se jsiru emendi fil-proċess tal-ħatra tal-ġudikanti b’konformità mal-proposti tal-Kummissjoni Venezja. Qal li trid tiġi indirizzata l-problema tal-kawżi li qed idumu biex jiġu deċiżi.

Dr Abela qal ukoll li kull kuntratt pubbliku se jsir b’integrità u onestà, sabiex fl-aħħar mill-aħħar igawdi l-poplu Malti u Għawdxi kollu. Qal li dan kollu għandu jfisser il-garanzija tas-serjetà ta’ dan il-Gvern.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM – Voice of the Workers, Josef Vella, saħaq fost oħrajn fuq il-bżonn li jkun hemm ħlas ugwali għal xogħol tal-istess valur u l-kuntratti tal-Gvern, u l-funzjoni tal-Awditur Ġenerali.

Dr Abela qal li fil-passat saru kuntratti pubbliċi li kattru l-ġid, iżda stqarr li ċerti kuntratti ħolqu tħassib. Dwar il-proposta tal-UĦM biex l-Awditur Ġenerali jgħarbel il-kuntratti pubbliċi qabel jiġu ffirmati, il-Prim Ministru qal li l-funzjoni tal-Awditur Ġenerali huwa l-awditjar u mhux li jkun l-għarbiel.

Dwar it-trejdjuniżmu, il-Prim Ministru Abela qal li huwa kruċjali fl-iżvilupp tal-pajjiż.Qal li jemmen fih bis-serjetà, għax joħloq ġid għall-ħaddiem u għal min iħaddem. Semma li l-Gvern se jiżgura li l-prinċipju ta’ ħlas ugwali għal xogħol tal-istess valur li jkun imħares bil-liġi.

Il-Prim Ministru Abela qal li l-ambizzjoni tal-Gvern u tal-poplu huma għal baġits tajbin li jqassmu l-ġid sabiex tiġi żgurata l-kwalità tal-ħajja.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

53 impjegat minn kumpanija privata li kellhom jieqfu mix-xogħol minħabba l-imxija tal-COVID19, se jxammru l-kmiem biex jaħdmu fuq progetti ta’ manutenzjoni f’żoni turistiċi. Għall-impjegati tal-kumpanija Ozo Malta li xogħolhom jiddependi…

COVID-19

Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li hemm bżonn pakkett finanzjarju ieħor mill-Gvern biex itaffi d-daqqa li l-pandemija qed tikkawża lill-ekonomija. Il-Kamra ppreżentat il-proposti aġġornati tagħha lill-Gvern u sejħet għall-għajnuna addizzjonali li stmat…

COVID-19

It-terremot ekonomiku li ġabet il-pandemija jista’ jirvina bosta negozji. Madankollu l-istint imprenditorjali li wieħed jadatta għar-realtajiet ġodda jispikkaw f’dawk li ħabblu moħħhom u ħadu inizjattivi biex jibqgħu jdawru r-rota. Fost…

Lokali

Il-Kamra tal-Kummeċ sejħet biex tingħata spjegazzjoni dettaljata u trasparenti dwar il-kuntratt li sar ħames snin ilu minn Project Malta biex l-Istitut tal-Istudji Turistiċi jgħaddi f’idejn il-grupp DB għal proġett turistiku,…

Aktar