Politika
Il-PM: “id-diskussjoni mhux dwar il-paga biss iżda fuq il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja”

F’laqgħa mal-imsieħba soċjali organizzata mill-Partit Laburista, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li d-diskussjoni llum tiffoka fuq il-kwalità ta’ ħajja u għalkemm jagħraf li hemm diffikultajiet, stqarr li ma jridx li jpartathom mal-problemi tal-passat meta l-pajjiż kellu defiċit ta’ €250 miljun.

Il-Prim Ministru qal li llum id-diskussjoni mhix biss fuq il-paga iżda fuq kemm persuna se kollha ħin mal-familja u kif se tibbilanċja l-bżonnijiet tal-familja u dawk finanzjarji biex timxi ‘l quddiem.

B’referenza għall-qagħda finanzjarja tal-pajjiż, Dr Muscat qal li s-surplus ta’ €250 miljun ma seħħx riżultat ta’ miżuri ta’ awsterità imma bi tkabbir fl-ekonomija, tnaqqis fit-taxxi u servizzi b’xejn bħat-trasport għall-iskejjel u c-child care.

Il-Prim Ministru qal li l-aktar eżerċizzju importanti jibqa’ l-Budget għax bih ikunu ndirizzati żoni fejn hemm problemi. Tenna l-impenn li jkun eliminat il-faqar fost it-tfal, kull fejn hemm familja b’mill-anqas persuna waħda li taħdem.

Fost l-interventi, iċ-Ċhairman tal-Fondazzjoni Wirt Artna Mario Farrugia appella għal investiment fil-ħarsien tal-wirt storiku għax f’xi siti l-elementi qed iħallu l-impatt tagħhom.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali Alfred Grixti, ġibed l-attenzjoni għaż-żieda fil-persuni bla saqaf fuq rashom u l-isfida ta’ ħaddiema barranin li qed jiġu sfruttati.

Oħrajn ikkumentaw fuq il-kwalità tal-impjiegi, l-għoli tal-kera u n-nuqqas ta’ flus f’idejn koppji għall-kapparra biex ikunu f’pożizzjoni jissellfu għall-proprjetà.

Il-Prim Ministru qal li r-riforma fis-suq tal-kera għandha titħabbar din is-sena. Dr Muscat qal li hu naturali li t-tkabbir ekonomiku żied id-domanda għax-xogħol u fin-nuqqas ta’ biżżejjed Maltin, hawn ammont kbir ta’ barranin.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Inawgurati l-uffiċini l-ġodda taċ-Ċentru tal-Medjazzjoni fil-Belt. F’dan iċ-ċentru, iż-żewġ partijiet li jkollhom kwistjoni bejniethom jistgħu jagħżlu li jippruvaw jaslu għall-ftehim qabel jirfsu l-għatba tal-Qorti, u jtemmu tilwima bejniethom b’anqas spejjeż…

Kultura

L-ismijiet tal-frontliners kollha Maltin fil-ġlieda kontra l-COVID-19 ġew inklużi fuq libsa ddisinjata lokalment, f’ġest kreattiv ta’ apprezzament lil dawk kollha involuti f’din il-ħidma, li għadha għaddejja. L-organizzatur tal-Malta Fashion Week…

Solidarjetà

Familja Maltija li kellha każ ta’ Covid-19, kif għadda kollox b’wiċċ il-ġid, tat €1,000 lill-Kummissjoni Emigranti biex bihom tgħin refuġjati li hawn f’Malta. Din id-donazzjoni wasslet biex bdew jitqassmu xirjiet…

Ekonomija u Finanzi

Wara l-ftuħ ġimagħtejn ilu tal-istabbilimenti tal-ikel, fetħu llum ukoll b’restrizzjonijiet u b’mizuri ta’ mitigazzjoni il-ħwienet tax-xorb. Ħafna mill-ħwienet tax-xorb jistennew li jaraw l-ewwel klijenti llejla, għalissa klijentelà lokali. TVM żar…

Aktar