Politika
Il-PM iħabbar li fl-1 ta’ Lulju l-ajruport jerġa’ jiftaħ il-bibien u budget multimiljunarju li jinċentiva l-ekonomija

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ħabbar li l-Gvern ser iressaq budget speċjali li ddiskrivieh bħala multi miljunarju fit-8 ta’ Ġunju li bih ser ikompli jqassam il-ġid u mhux jieħu. Dr Abela qal li l-ġimgħat li ġejjin ser ikunu eċitanti għall-pajjiż għax ser ikunu ifissru r-ritorn lejn in-normalità b’aktar tnaqqis fir-restrizzjonijiet mill-ġimgħa d-dieħla stess. Ħabbar ukoll li l-ajruport ser jerġa’ jiftaħ għat-titjiriet kummerċjali mill-1 ta’ Lulju.

Minbarra l-baġit li normalment jitħabbar f’Ottubru, il-Gvern se jressaq baġit speċjali fit-8 ta’ Ġunju. Dan tħabbar mill-Prim Ministru Robert Abela meta kien intervistat fuq il-midja tal-Partit Laburista. Dr Abela qal li f’dan il-baġit il-Gvern mhux ser jieħu lura dak li diġà qassam iżda ser ikompli jqassam il-ġid u jinċentiva l-ekonomija u l-konsum.

Il-Prim Ministru wiegħed li dan ser ikun baġit sabiħ u li fi kliemu l-pajjiż qatt ma ra bħalu, budget qal Dr Abela li mhux se jinċentiva l-għażż imma baġit li jinċentiva l-bżulija u juri l-apprezzament tal-Gvern lin-negozji li qatt tant kienu reżiljenti. Huwa innota li anke waqt l-pandemija id-depożiti fil-banek żdiedu b’miljuni kbar.

Il-Prim Ministru qal li t-Tnejn ser jitħabbru protokolli li jħarsu s-saħħa biex min-nhar il-Ġimgħa li ġej ikomplu jiftħu l-ħwienet fosthom barijiet u gyms, kif ukoll il-Qorti hekk kif li l-pajjiż kompla riesaq lejn in-normalità. Dwar l-ajruport u l-portijiet, Dr Abela qal li dawn ser jibdew joperaw mill-ġdid mill-1 ta’ Lulju b’miżuri u prekawzjonijiet normali.

Il-Prim Ministru ħabbar li qed tiġi kkunsidrata amnestija għall-multi li weħlu ċertu individwi, minħabba l-miżuri li daħlu fis-seħħ minħabba Covid 19 meta nġemgħu fi gruppi kontra l-avviżi legali. Dr Abela qal li se jiddaħħal mekkaniżmu għal min weħel multa minħabba żball ġenwin, fosthom uħud li ngħataw multa waqt li kienu qed jixtru l-fjuri ħdejn iċ-ċimiterju f’Jum l-Omm.

Dwar l-eżitu tal-inkjesta maġisterjali b’rabta mad-denunzji tal-għaqda Repubblika li wriet li l-allegazzjonijiet ma kellhom ebda provi, Dr Abela qal li ma jistax jinsa jew jahfer lill-Kelliem tal-Ġustizzja tal-Partit Nazzjonalista Jason Azzopardi li beda l-azzjoni biex jitfa lilu, lil Kmandant tal-Armata u lis-suldati għomorhom il-ħabs mingħajr lanqas biss staqsa għall-fatti.

Dr Abela qal li Jason Azzopardi u dawk li jikkonfoffa magħhom jaħsbu li għandhom id-dritt tas-Saltna. B’hekk appella lill-Għaqda Repubblika sabiex ma tħallix lil min jużahom għall-għanijiet ulterjuri u tibqa’ taħdem bħala soċjetà ċivili u stqarr li magħha hemm fejn jaqbel u ma fejn ma jaqbilx. Huwa qal li jistenna lill-Kap Nazzjonalista jiddikjara ruħu dwar dan il-każ u ma jkomplix jbigħ ruħu lil-fazzjoni u jieħu pożizzjoni soda u jgħid li dawn il-pożizzjonijiet ma jaċċettahomx.

Il-Mexxej Laburista qal li Dr Delia moħħu f’elezzjoni ġenerali bikrija, f’mument meta l-pajjiż għandu bżonn stabbiltà. Huwa qal li il-Gvern se jkompli l-mandat sal-aħħar.

Dwar iż-żjara fil-Libja, Dr Abela qal li l-Gvern ħa direzzjoni strateġika, biex l-ewwel nett ma jibqgħux jintilfu ħajjiet. Stqarr li Malta trid tkun pont bejn l-Ewropa u l-Libja anke biex jinstabu soluzzjonijiet għal problema tal-immgirazzjoni u biex Malta tieħu t-trattament li jixirqilha.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Maħżen tal-festa nbidel fi klassi fi proġett biex il-prattika ta’ snajja tradizzjonali li jispikkaw fil-festi Maltin tintiret u ma tmutx. Il-proġett tmexxa mill-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa, li…

Infrastruttura

Inkonvenjent li ilu snin jurta lill-Birżebbuġin se jiġi indirizzat bi proġett li Infrastructure Malta qalet se tibda fi tmiem dan is-sajf. Il-proġett hu maħsub li jtaffi l-problema tal-għargħar, ikkawżata mill-baħar…

Lokali

Mil-lejla bdew jiġu organizzati l-pellegrinaġġi fl-okkażjoni tal-festi tal-ibliet u l-irħula li se jibqgħu għaddejjin sat-8 ta’ Diċembru meta tiġi ċċelebrata l-Kunċizzjoni f’Bormla. Illejla, tliet lokalitajiet qed jorganizzaw dawn il-pellegrinaġġi: Ħal…

Tradizzjonijiet

Jumejn ‘il bogħod mill-Jum Internazzjonali tal-Bizzilla, grupp ta’ persuni nġabru fil-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija, fil-Palazz tal-Inkwizitur il-Birgu, biex jaħdmu bizzilla tradizzjonali Maltija. Jekk hemm xi impressjoni li l-arti tradizzjonali tal-bizzilla qed…

Aktar