Lokali
ARA: Il-PM iħabbar li Malta se tospita l-ewwel konferenza tal-Commonwealth għall-investiment dirett barrani

F’Londra, bdiet ġimgħa ta’ attivitajiet li se tlaqqa’ flimkien mexxejja mit-53 pajjiż tal-Commonwealth. L-ewwel tliet ijiem huma iddedikati għal fora dwar il-kummerċ, is-soċjetà ċivili, in-nisa u ż-żgħażagħ. Id-delegazzjoni tal-Gvern Malti kienet impenjata fil-Business Forum, bil-Prim Ministru Joseph Muscat jgħid li l-prosperità mhix biss dwar l-indikaturi ekonomiċi imma wkoll dwar it-tfassil tal-ġejjieni għaċ-ċittadini. F’laqgħa, uffiċċjal tal-Commonwealth ta marki tajbin ħafna lil dak li għamlet Malta għal din l-organizazzjoni mindu organizzat ic-CHOGM f’Novembru 2015.

Fil-ftuħ tal-Business Forum, iċ-Chairman tal-Kunsill tal-Commonwealth għall-Intrapriża u l-Investiment, Lord Marland, stqarr li sentejn u nofs ilu l-organizazzjoni kienet f’salib it-toroq, fost tħassib dwar il-ġejjieni tagħha.

Lord Marland qal li “it is fair to say that Malta CHOGM was the springboard for a whole bunch of initiatives.”

Quddiem 800 delegat, bejn uffiċċjali eżekuttivi ta’ kumpaniji u rappreżentanti ta’ gvernijiet, Lord Marland qal li t-tmexxija tal-Prim Ministru Joseph Muscat bħala Chair in Office tal-Commonwealth tat il-ħajja lill-organizazzjoni fosthom bħala forza għall-kummerċ.

Lord Marland qal li “this could not have been possible without the leadership of the Prime Minister of Malta and I think we owe him a huge debt for getting the Commonwealth back on its feet.”

Il-Business Forum qed jitlaqqa’ fil-GuildHall, binja medjevali fiċ-ċentru finanzjarju tal-kapitali Ingliża. Fis-sessjoni tal-bidu, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar kif qed jerfa’ rasu l-protezzjoniżmu bil-konsegwenza li jinħolqu barrieri fil-kummerċ.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li “the economic growth that flourished during this period and the values that we take for granted, fair trade, open markets and multilateral institutions face unprecedented challenges.”

Dr Muscat qal li l-Commonwealth hu eżempju tajjeb għal kisbiet li jistgħu isiru permezz ta’ sħubija internazzjonali. Ippreżenta l-każ favur ekonomija miftuħa bir-riżultati miksuba minn Malta li qal għat-tieni sena nfila kellha surplus fil-budget, il-qgħad hu fl-anqas livelli fl-istorja u t-tkabbir ekonomiku jaqbeż is-7% fis-sena, kważi tliet darbiet aktar mill-medja fiż-żona Ewro.

“Malta is proof that embracing open borders – for both people and goods – is the route to prosperity” stqarr il-Prim Ministru.

Dr Muscat appella lill-pajjiżi biex jirregolaw setturi innovattivi u semma dak li qed tagħmel Malta fil-qasam tat-tekonoloġiji Blockchain.

Joseph Muscat stqarr li “blockchain based technologies is just one of the sectors that we are creating through regulation. If a country of half a million can benefit from this, imagine the shifts that these innovative technologies can bring about in a bloc of over 2 billion people.”

Għall-Business Forum, il-Gvern Malti jinsab rappreżentat mill-Ministri Chris Cardona u Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.

Il-Business Forum jintemm nhar l-Erbgħa iżda l-ħidma se tissokta f’Malta s-sena d-dieħla, bil-Prim Ministru jħabbar li Malta se tilqa’ l-ewwel konferenza tal-Commonwealth dwar l-investiment dirett barrani li għaliha se jkunu mistiedna aġenziji ta’ gvernijiet, rapprezentanti ta’ intrapriżi żgħar u medji u korporazzjonijiet internazzjonali.

Indirizzat ukoll lid-delegati l-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May f’ġurnata b’aġenda ppakkjata bejn seduta parlamentari fejn wieġbet għad-domandi tad-deputati dwar is-sehem tal-Ingilterra fl-attakki mill-ajru fuq is-Sirja u l-attivitajiet tac-CHOGM. Fid-diskors fil-Business Forum, May antiċipat ix-xenarju ta’ wara Brexit u enfasizzat il-benefiċċji ta’ kummerċ ħieles fejn il-pajjiżi tal-Commonwealth.

Theresa May qalet li “the Commonwealth has never just been about heads of state and government. It has always been an organisation in which people and businesses from around the world can come together and work together to improve all our lives”.

Aħbarijiet Oħra
Lifestyle

It-tradizzjoni tal-ġostra għall-komunità Misidjana hija appuntament annwali li jaħbat mal-festa ta’ San Ġużepp. Mixgħula u mżejna għall-festa tal-patrun tagħha, matul din il-ġimgħa f’din il-lokalità saru l-kompetizzjonijiet tal-ġostra, li d-drawwa tagħha…

Lokali

Esperjenza unika u differenti minn tas-soltu għal Christine Borg u Tonio Mercieca, żewġ residenti tad-Dar tal-Providenza b’diżabilità fiżika li jgħixu f’Dar Akkwarell fil-Qawra. Is-Sibt filgħodu Christine u Tonio marru dawra…

Immigrazzjoni

Wara li fl-aħħar ġimgħat inqalgħu batibekki bejn l-awtoritajiet Maltin u Taljani dwar l-immigrazzjoni, TVM stħarreġ is-sentiment tat-Taljani li qed jaħdmu f’Malta. Mindu ġie elett il-Gvern ċentru lemini Taljan kważi erba’…

Kronaka

Tliet membri mit-tim mediku mid-Dipartiment tal-Emerġenza ta’ Mater Dei sfaw aggrediti minn ġuvni Libjan waqt li kienu qed jassistu żewġ persuni li kellhom bżonn l-assistenza medika. Il-ġuvni ġie arrestat mill-Pulizija…

Aktar