Budget
AĠĠORNAT: Persuni b’kundizzjonijiet mentali u terminali se jikkwalifikaw għal benefiċċji mhux kontributorji – PM

F’reazzjoni wara l-Budget, il-Prim Ministru Joseph Muscat iddeskriva l-Budget bħala wieħed li ta lil kulħadd u ma ħa xejn lil ħadd, filwaqt li elenka miżuri oħrajn li se jolqtu n-nies imma li ma ssemmewx fil-Budget.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ddeskriva dan il-Budget bħala wieħed li ta lil kulħadd u ma ħa xejn lil ħadd. Dr Muscat qal li fost il-miżuri li ma ssemmewx fil-Budget hemm li l-Gvern se jipprovdi stipendju lil żgħażagħ ta’ aktar minn 23 sena, li qegħdin fuq il-benefiċċji soċjali u jiddeċiedu li jerġgħu jmorru jistudjaw. Dr Muscat qal li dawn l-istudenti se jibqgħu jieħdu l-benefiċċji soċjali, u magħhom stipendju ekwivalenti tal-paga minima.

F’konferenza tal-aħbarijiet fi Pjazza Kastilja, Dr Muscat qal li l-Gvern se jżid l-in-work benefit, bejn €50 u €100 għal kull wild, meta persuna tidħol fid-dinja tax-xogħol. Dr Muscat qal ukoll li persuni b’kundizzjonijiet mentali u terminali se jikkwalifikaw għal benefiċċji mhux kontributorji ġaladarba jikkwalifikaw mit-testijiet tal-mezzi. Dr Muscat qal li se tiżdied il-pensjoni għall-ħaddiema tal-Gvern li rtiraw qabel l-2008 u ta’ dawk li kienu jaħdmu l-Libja.

Dr Muscat qal li ż-żieda fiċ-children’s allowance tmur id f’id mal-pjani tal-Gvern biex jeqred il-faqar.

Il-Prim Ministru qal “sas-sena d-dieħla nkunu wasalna għall-ewwel policy objective kbir ta’ dan il-Gvern jiġifieri li l-ebda tifel jew tifla li jgħixu f’familja fejn mill-inqas persuna waħda taħdem ma tkunx ikklassifikata li tgħix in poverty jew material deprivation.”

Mistoqsi minn TVM dwar il-prekarjat fis-settur privat, Dr Muscat qal li l-Gvern beda jindirizza din il-kwistjoni biż-żieda ta’ €3 fil-ġimgħa għall-ħaddiema li jkunu ilhom bil-paga minima għal sena. Dr Muscat stieden għal diskussjoni dwar jekk il-ħaddiema kollha għandhomx jissieħbu f’union b’mod obbligatorju. Dwar iż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel, Dr Muscat qal li l-Gvern jirrikonoxxi li hemm min ibati u l-Gvern se jkun qed jgħin lil dawn il-familji biex jimxu ‘l quddiem. Dwar it-trakka tal-karozzi, Dr Muscat qal li l-Gvern qed jidentifika post b’ħarsien sħiħ lejn l-ambjent.

Aħbarijiet Oħra
Cryptocurrency

Malta għandha tliet liġijiet li jirregolaw l-industrija l-ġdida relatata mal-block chain u l-muniti diġitali. Esperti f’dal-qasam jemmnu li s-setturi se jkunu l-mod kif isir in-negozju fil-futur. Mark Bugeja hu espert…

Temp

Tliet snin oħra jaħbat għeluq il-mitt sena mill-ftuħ tal-ewwel uffiċċju għat-tbassir tat-temp f’Malta. Fil-jum dinji tal-metereoloġija, iċċelebrat bħal-lum, it-23 ta’ Marzu, jitfakkar it-twaqqif tal-organizzazzjoni dinjija tal-meteoroloġija fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda…

Sport

Illejla fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, f’logħba li ntemmet għall-ħabta tat-8.00pm, Malta rebħet lill-Gżejjer Faroe 2-1. Goals skurjati minn Kyrian Nwoko u penalty ta’ Steve Borg – wieħed f’kull taqsima. Il-Gżejjer…

Kultura

Il-Proġett “Żunżana” jikkonsisti f’sensiela ta’ ħames kunċerti li se jittellgħu b’kollaborazzjoni bejn Aġenzija Żgħażagħ u l-Għaqda Każini tal-Banda minn grupp ta’ bandisti żgħażagħ li bdew idoqqu fl-aħħar ħames snin. Il-baned…

Aktar