Lokali
Il-PM iħabbar it-twaqqif ta’ taskforce biex iħajjar kumpaniji ġodda lejn Malta

Tliet kumpaniji barranin li jaħdmu fil-qasam tat-teknoloġija ngħaqdu u ħabbru li se jinvestu għaxar miljun ewro biex jaħdmu halli Malta ssir hub tal-innovazzjoni u jappoġġjaw l-inizjattivi ta’ Malta fil-qasam tal-blockchain.

Fi żjara lill-grupp ta’ kumpaniji, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li din il-ġimgħa l-Gvern se jikkumissjona studju dwar ir-regolamentazzjoni tas-servizzi ta’ investiment f’muniti virtwali u task force biex tħajjar kumpaniji barranin fit-teknoloġija finanzjarja.

 Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li fil-jiem li ġejjin il-Gvern se jwaqqaf task force bil-għan li tħajjar kumpaniji barranin fil-qasam tal-fintech u r-regtech jiġu jinvestu u se jsir studju dwar ir-regolamentazzjoni ta’ servizzi ta’ investiment fosthom dawk li jissejħu ICO, ‘initial coin offering li għadu mhux regolat.

Dr Muscat kien qed jitkellem waqt li t-tliet kumpaniji barranin – Acronis, Runa Capital u Paralells ingħaqdu, bil-Kap tagħhom, Serguei Beloussov jgħid li fit-tliet snin li ġejjin se jinvestu għaxar miljun ewro biex jagħmlu minn Malta hub tal-innovazzjoni teknoloġika u .
Serguei Beloussov qal li  “the companies are involved in similar field which is related to technology, to start ups, related to science, innovation and we think we can add value here in Malta, we think Malta is a place which is developing rapidly, it has a lot of good advantages and it can develop faster and again what is important is that they can make a difference”

Parallels ġiet Malta ħdax-il sena ilu u fl-2015 xtrat kumpanija Maltija fil-qasam tat-teknoloġija li minn ftit ħaddiema llum qed timpjega mal-erbgħin ħaddiem.

Nick Dobrovolskiy, Viċi President tal-kumpanija li għandha aktar minn ħames miljun klijent qal li se jkunu qed jgħinu start ups Maltin u barranin waqt li jappoġġjaw l-inizjattivi tal-Gvern fin-niċċa ekonomika ġdida tal-blockchain.

“This is very good and important that from government level, Malta understand that this is important and this the real future, we see that in some parts there is a total block of search for example China completely blocked everything related to blockchain which is not good because you can’t struggle with innovation, with the new technology, it will evolve anyway” qal Nick Dobrovolskiy.

Dr Muscat qal li jinsab sodisfatt li l-Gvern u investituri barranin għandhom l-istess viżjoni fit-tul għal Malta biex issir hub f’qasam ġdid b’opportunitajiet kbar ħafna.

Aħbarijiet Oħra
Passatemp

F’inqas minn 15-il sena, il-logħob uffiċjali nfirex mil-lottu, is-Super 5 u l-lotterija nazzjonali għal diversi logħob ieħor marbut mhux biss man-numru iżda wkoll ma’ attivitajiet sportivi fost oħrajn. Għalkemm is-sensazzjoni…

Infrastruttura

Il-Grupp Express, li jopera fit-trasport u l-loġistika, waqqaf kumpanija ġdida fl-industrija tal-manifattura: Express Trailers Engineering. Din il-kumpanija se timpjega 25 ħaddiem, u se jaħdmu xogħol ikkummissjonat minn kumpanija Żvediża li…

Annimali

Uħud sufin u oħrajn qishom tigri żgħar – qtates ta’ razez differenti qed jikkompetu f’wirja internazzjonali li qed issir f’Malta li tixhed ukoll id-dilletanti numeruzi ta’ dawn l-annimali domestiċi. Aktar…

Ekonomija u Finanzi

L-aġenzija internazzjonali Standard and Poor ikkonfermat ir-rating ta’ Malta fil-Livell A- bi prospetti pożittivi wara li l-ekonomisti tagħha sabu li l-ekonomija Maltija kompliet tikber b’pass mgħaġġel, b’żieda fl-impjiegi u tnaqqis…

Aktar