Barranin
Il-PM Indjan jitlef stat importanti fl-elezzjonijiet nazzjonali

Il-Prim Ministru Indjan Narendra Modi tilef fi stat importanti fl-elezzjonijiet nazzjonali.

L-istat ta’ West Bengal kien fiċ-ċentru tal-istrateġija elettorali tal-partit ta’ Modi, iżda xorta nżamm taħt il-kontroll ta’ wieħed mill-eħrex kritiċi tal-Prim Ministru, Mamata Banerjee.

Modi qed ikun akkużat li aktar ifokka fuq l-elezzjoni milli l-pandemija. Dan fl-isfond tas-sitwazzjoni prekarja tal-pandemija fl-Indja, li mill-bidu tal-pandemija fl-Indja kienu rappurtati aktar minn 19-il miljun infezzjoni bil-Coronavirus u kellha ‘l fuq minn 215,000 li tilfu ħajjithom.

Rapporti qed jgħidu li l-għadd reali ta’ kemm mietu nies huwa ferm akbar minn dak uffiċjali minħabba li ħafna nies qed imutu fid-djar tagħhom speċjalment f’żoni rurali.