Barranin
Il-PM Ingliż jipposponi l-illaxkar tar-restrizzjonijiet għal nofs Awwissu

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson ippospona l-pjani li jtaffi r-restrizzjonijiet kontra l-COVID-19 b’ tal-inqas ħmistax – bil-pulizija se jinfurzaw liġijiet aktar stretti għall-ilbies tal-maskri.

Il-maskri huma obbligatorji f’ħafna mill-postijiet pubbliċi fuq ġewwa bħal mużewijiet, iċ-ċinema u postijiet ta’ qima.

Fost il-postijiet li se jkollhom jistennew sal-15 ta’ Awwissu biex jerġgħu jiftħu b’miżuri ta’ prekawzjoni hemm it-teatri ġewwa u postijiet tad-divertiment. Anki numru żgħir ta’ partitarji ta’ avvenimenti sportivi se jkollhom jistennew sa nofs Awwissu biex isegwu l-logħob.

Sadattant, il-Ministru Ewlieni tal-Iskozja Nicola Sturgeon wissiet kontra vvjaġġar mhux essenzjali lejn in-naħa ta’ fuq tal-Ingilterra fejn qed jerġgħu jiżdiedu l-każijiet ta’ coronavirus.

Hija qalet li kull min jirritorna l-Iskozja min-naħa ta’ fuq tal-Ingilterra għandu jimminmalizza l-kuntatt ma’ persuni barra l-familja tiegħu għal 14-il ġurnata.

 

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija, MAM, u l-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel, MUMN, ħabbru azzjoni industrijali fid-dawl li l-attivitajiet tal-massa ma twaqqfux milli jiġu organizzati waqt il-pandemija tal-Covid. Il-MAM ordnat sensiela ta’ direttivi…

Barranin

L-Iżvezja li ma marritx għal lockdown waqt din il-pandemija, irreġistrat tnaqqis ta’ 8.6% fl-ekonomija bejn ix-xhur ta’ April u Ġunju meta mqabbel mat-tlett xhur ta’ qabel. Skont l-uffiċċju tal-istatistika tal-pajjiż…

Barranin

Il-Qorti għolja Ingliża qalet li l-kumpannija tal-linja tal-ajru Virgin Atlantic se tfalli jekk il-kredituri tagħha ma japprovawx ftehim ta’ 1.2 biljun lira sterlina biex isalva lill-kumpannija. Skont l-avukati tal-linja tal-ajru,…

Barranin

Queensland fl-Awstralja estendiet l-għeluq tal-fruntiera minn ma’ New South Wales u l-Australian Capital Territory bil-għan li jikkontrollaw l-imxija tal-Covid-19. L-istat ta’ Victoria huwa magħluq meqjus bħala l-epiċentru tat-tieni mewġa tal-virus,…

Aktar