Lokali
Il-Gvern lest jieħu passi bil-liġi jekk l-industrija tal-kostruzzjoni ma tirregolax lilha infisha – PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li fil-baġit, il-Gvern se jagħti lura lill-poplu dak li l-pajjiż jaffordja u jagħti lura lin-nies dak li jkun sostenibbli għal numru ta’ snin. Waqt laqgħa f’Kastilja mal-assoċjazzjoni tal-iżviluppaturi, ġew diskussi fost oħrajn in-nuqqas ta’ qbil bejn il-Gvern u l-MDA dwar ir-rimi tal-iskart tal-kostruzzjoni u l-liġi tal-kera.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li fil-baġit li ġej, il-Gvern se jimplimenta l-programm elettorali, b’miżuri sostenibbli. Qal li l-iktar mira importanti tal-Gvern hi li jżomm ir-ritmu ekonomiku li qabad il-pajjiż biex b’hekk jitwettqu miżuri li jsarrfu f’titjib fil-kwalità tal-ħajja. Dr Muscat wera sodisfazzjon li l-budget m’għadux iqanqal inċertezza u tensjoni għaliex il-Gvern kien konsistenti u ma żiedx it-taxxi u ra kif ħalla aktar flus fil-bwiet tan-nies.

Il-laqgħa f’Kastilja serviet ukoll biex ġew diskussi punti ta’ diverġenza bejn il-Gvern u l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi. Dwar il-liġi tal-kera, il-Prim Ministru qal li konxju li hemm xi membri tal-assoċjazzjoni li mhumiex kuntenti b’ċerti miżuri li jirregolaw is-suq. Sostna iżda li dawn kien bżonnjuż għax il-liġi sabet bilanċ biex jiġu mħarsa l-interessi kemm tas-sidien u anki tal-inkwilini. Dwar l-oġġezzjonijiet tal-MDA dwar spezzjonijiet tal-postijiet mikrija mill-Awtorità tad-Djar, Dr Muscat qal li l-Gvern ma jridx jidħol jagħmel tiftix fid-djar, iżda fl-istess ħin ser ikun hemm struttura biex ikunu miġġielda l-abbużi.

Waqt il-laqgħa ssemmiet il-kwistjoni tar-rimi tal-iskart tal-kostruzzjoni, ir-reklamazzjoni tal-art, u l-istudju tal-Awtorità tal-Ippjanar għal rimi ta’ skart fil-baħar. Il-Prim Ministru wissa li l-gvern lest jieħu passi bil-liġi jekk l-industrija ma tirregolax lilha infisha. Il-President tal-Assoċjazzjoni Sandro Chetcuti sostna li mhux ġust li jintefa dell fuq l-iżvilupaptur għall-problema tal-iskart għax anke l-Gvern qed jiġġenera ħafna skart tal-kostruzzjoni bil-proġetti tiegħu.

Dr Muscat semma’ l-inċidenti tal-kostruzzjoni matul dan is-sajf li wasslu għal deċiżjonijiet u infurzar fuq l-industrija. Huwa ringrazzja lill-assoċjazzjoni għall-kollaborazzjoni tagħha. Is-Sur Chetcuti qal li kien hemm kuntratturi u żviluppaturi involuti f’dawn l-inċidenti li ma kinux membri tal-assoċjazzjoni. Is-sur Chetcuti stqar li l-Gvern kellu raġun li jirrikorri għad-deċiżjonijiet li ħa.

Is-sur Chetcuti ppreżenta l-proposti tal-assoċjazzjoni għall-baġit, bil-Prim Ministru jgħid li wħud minnhom ser ikun inklużi fil-baġit u oħrajn ser jiġu kunsidrati u proposti oħra jridu jiġu eżaminati aktar fid-dettall.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Sal-lum ma kienx faċli li wieħed jikseb informazzjoni dwar l-antenati tiegħu li jmorru lura qabel l-1863 meta bdew jiġu rreġistrati kull twelid, żwieġ u mewt f’Malta u Għawdex. Ħafna minn…

COVID-19

Il-Gvern illejla ħabbar li minn grupp ta’ immigranti li lbieraħ iddaħħlu Malta ġew iżolati u sarilhom swab test għall-Covid19, fejn 16 minnhom irriżultaw fil-pożittiv. Fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim…

Kultura

Bħal għada filgħaxija, lejlet il-festa tas-Salvatur f’Ħal Lija, id-dilettanti tan-nar kienu joħonqu ż-żoni ċentrali ta’ Malta biex isegwu l-ispettaklu ferm mistenni tal-logħob tan-nar. Din is-sena, minflok fl-għelieqi jħejju għal dan…

Infrastruttura

Beda xogħol ta’ manutenzjoni u mmodernizzar tal-mini prinċipali li għandna fit-toroq Maltin. Il-proġett mhux se jieqaf biss ma’ tiswijiet u titjib fil-faċċati u l-ħitan biex ikollhom dehra isbaħ, iżda Infrastructure…

Aktar