Barranin
Il-PM Iżraeljan se jibda għaddej ġuri fuq korruzzjoni f’Ġerusalem

Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu se jibda għaddej ġuri fuq korruzzjoni. Din hi l-ewwel darba fl-istorja tal-pajjiż li Prim Ministru fil-kariga se jkun qed jgħaddi ġuri.

Netanyahu li għandu 70 sena, ġie akkużat b’tixħim, frodi u ksur ta’ fiduċja. Hu ċaħad dawn l-allegazzjonijiet. Hu mistenni jattendi għall-ftuħ tal-ġuri li se jsir f’Qorti fid-distrett ta’ Ġerusalem.

Il-Prim Ministru Iżraeljan ma laqax is-sejħiet tar-rival itiegħu sabiex jirriżenja waqt li jkun għaddej bi proċeduri fil-Qorti.

Dan qed iseħħ ġimgħa wara li ħa l-ġurament bħala kap ta’ Gvern ta’ għaqda nazzjonali. Wara tliet elezzjonijiet inkonklussivi, ir-rival politiku tiegħu Benny Gantz qabel li jaqsam il-poter miegħu.

Il-ġuri wassal għall-protesti, kemm minn dawk li qed jappoġġjaw lil Netanyahu, kif ukoll dawk li qed jisħqu li għandha ssir ġustizzja.